Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Jirritorna l-Valletta Pageant of the Seas fil-Port il-Kbir

PR261199
Date Icon 16/07/2026

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali, se terġa' ttella' l-Valletta Pageant of the Seas nhar il-Ġimgħa 24 ta' Lulju 2026, u se tittrasforma l-Port il-Kbir fil-Belt Valletta f'palk għal wieħed mill-avvenimenti kulturali ewlenin tas-sajf.

Il-Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali Malcolm Paul Agius Galea qal, “Il-Valletta Pageant of the Seas huwa eżempju ċar ta' kif nistgħu nagħtu ħajja ġdida lill-wirt storiku tagħna permezz tal-kultura u l-kreattività. Il-Port il-Kbir mhux biss huwa xhieda tal-istorja tagħna, iżda spazju ħaj li jkompli jiġbor flimkien lill-komunità, lill-familji u lill-viżitaturi f'esperjenza kulturali ta' kwalità. Bħala Gvern nibqgħu impenjati li ninvestu f'avvenimenti li jagħmlu l-kultura aktar aċċessibbli għal kulħadd filwaqt li jkomplu jsaħħu l-identità kulturali ta' pajjiżna u jikkontribwixxu għat-turiżmu ta' kwalità."

Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef, tenna “L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tħejji edizzjoni spettakolari tal-Valletta Pageant of the Seas li matulha l-Port il-Kbir jiġi trasformat f'palk mill-isbaħ fl-24 ta' Lulju. Nistednukom tingħaqdu magħna u tgħixu din l-esperjenza unika mix-Xatt Ta' Liesse biex tkunu fil-qalba tal-azzjoni u l-maġija tal-Port il-Kbir li jieħu l-ħajja b'koreografija ta' bċejjeċ tal-baħar, dwal, funtani tal-ilma, mużika u logħob tan-nar."

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Carlo Micallef qal “Il-Valletta Pageant of the Seas huwa eżempju mill-aqwa tat-tip ta' esperjenzi awtentici kulturali ta' livell għoli li qed ikomplu jsaħħu u jkomplu jgħollu l-kwalità tal-offerta turistika ta' Malta. Bħala l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, aħna kburin li nappoġġjaw avvenimenti li jiċċelebraw il-wirt uniku ta' pajjiżna, filwaqt li joffru esperjenzi ta' klassi dinjija li kapaċi jattiraw viżitaturi internazzjonali b'aspettattivi għoljin. Permezz tal-investiment f'avvenimenti ewlenin bħal dan, qed inkomplu nsaħħu l-pożizzjoni ta' Malta bħala destinazzjoni Mediterranja ta' kwalità, inħeġġu turiżmu ta' valur ogħla, inżidu t-tul taż-żjara tal-viżitaturi f'pajjiżna, u nwasslu l-karattru uniku u straordinarju tal-gżejjer tagħna fuq il-palk internazzjonali."

L-avveniment jibda fit-8:00pm f'Xatt il-Barrieri (Ta' Liesse), il-Belt Valletta, fejn Tikka Banda se tilqa' lill-udjenzi b'wirja mużikali interattiva, u toħloq atmosfera vibranti qabel l-ispettaklu prinċipali.

Hekk kif jidlam, il-Port il-Kbir se jsir il-palk għall-Valletta Pageant of the Seas. Diversi jottijiet imdawlin, dgħajjes tradizzjonali Maltin, bastimenti tal-qlugħ u kayaks se jagħmlu triqthom tul il-port f'wirja koreografata bir-reqqa, akkumpanjata minn mużika, wirjiet sinkronizzati ta' funtani tal-ilma u projezzjonijiet bil-lejżer. Il-lejla se tilħaq il-qofol tagħha b'finali ta' logħob tan-nar.

Billi tgħaqqad dawl kontemporanju, effetti tal-ilma u l-wirt marittimu Malti, il-produzzjoni tiċċelebra l-karattru uniku tal-Belt Valletta u l-Port storiku tagħha.

Il-Valletta Pageant of the Seas huwa organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bl-appoġġ ta' Visit Malta. Id-dħul huwa bla ħlas.

Għal aktar dettalji, żur il-websajt u l-paġna ta' Facebook tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Jirritorna l-Valletta Pageant of the Seas fil-Port il-Kbir
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Jirritorna l-Valletta Pageant of the Seas fil-Port il-Kbir
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Jirritorna l-Valletta Pageant of the Seas fil-Port il-Kbir
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow