Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jibdew ix-xogħlijiet biex Triq Oscar Zammit fl-akwati tal-Junior College tinbidel f'żona pedonali u spazju pubbliku ġdid

PR261198
Date Icon 16/07/2026

Il-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol Jonathan Attard flimkien ma' Infrastructure Malta u l-Kunsill Lokali tal-Imsida assistew għall-bidu tax-xogħlijiet fuq proġett ieħor minn sensiela ta' proġetti mill-inizjattiva Vjal Kulħadd fi Triq Oscar Zammit, l-Imsida.

Dan il-proġett se jwassal għat-trasformazzjoni ta' madwar 1,600 metru kwadru ta' spazju ta' triq f'żona pubblika moderna u pedonali li se tkun ta' benefiċċju għall-istudenti, ir-residenti u l-viżitaturi.

Ix-xogħlijiet se jkunu qed jiffukaw fuq il-parti t'isfel ta' Triq Oscar Zammit, direttament quddiem il-Junior College. Il-proġett huwa mfassal biex jagħti prijorità lill-persuni li jimxu filwaqt li jżomm il-parkeġġ fiż-żewġt itruf taż-żona sabiex tinżamm l-aċċessibbiltà għall-komunità tal-madwar.

Il-Ministru Jonathan Attard qal li l-Gvern qed ikompli jwettaq il-viżjoni tiegħu li jqiegħed lin-nies fiċ-ċentru tal-investiment infrastrutturali. “Permezz tal-proġett Vjal Kulħadd, qed naraw trasformazzjoni konkreta taż-żoni urbani f'ambjenti aktar ħodor, aktar siguri u aktar aċċessibbli għal kulħadd. Dan huwa investiment li jgħaqqad infrastruttura pubblika ta' kwalità ma' soluzzjonijiet ambjentali sostenibbli, bil-għan li ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-komunitajiet tagħna," qal il-Ministru Attard.

Il-proġett se jinkludi żoni ħodor ġodda, dawl pubbliku modern, Wi-Fi pubbliku, stands għar-roti, bankijiet u pavimentar bil-porfido. Se jsiru wkoll xogħlijiet infrastrutturali, inklużi mains ġodda tad-drenaġġ u tal-ilma, kif ukoll ġibjun għall-ġbir tal-ilma tax-xita li se jintuża għat-tisqija u t-tindif tal-ispazju pubbliku.

“Fl-Imsida, dan il-proġett se jagħmel differenza reali fil-ħajja ta' kuljum tal-istudenti, ir-residenti u l-viżitaturi, billi joħloq spazju pubbliku aktar modern u inklussiv. Infrastructure Malta tibqa' impenjata li twassal infrastruttura li mhux biss ittejjeb il-mobilità, iżda wkoll il-kwalità tal-ħajja tan-nies u l-ambjent li ngħixu fih", temm jgħid il-Ministru.

Il-Perit ta' Infrastructure Malta Anton Zammit spjega li din hija żona frekwentata miż-żgħażagħ fejn f'din it-triq kien ilu jinħass il-bżonn illi ma tibqax triq bil-vetturi imma ssir triq pedonali fejn iż-żgħażagħ jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom b'mod informali.

Is-Sindku tal-Imsida Charles Selvaggi qal li l-bidu tax-xogħlijiet huwa pass importanti. “Wara numru ta' laqgħat ma' Infrastructure Malta  wasalna għal din il-ġurnata fejn beda l-proġett biex igawdu r-residenti kollha tal-Imsida u b'mod speċjali l-istudenti f'żewġ istituzzjonijiet edukattivi li hawn fil-viċinanzi," qal is-Sindku.

Dan il-proġett jifforma parti mill-programm Vjal Kulħadd ta' Infrastructure Malta u huwa wkoll miżura elettorali. L-għan ta' dan il-programm huwa li jittrasforma spazji urbani f'żoni aktar siguri, aktar sostenibbli u aktar aċċessibbli. Il-post strateġiku tiegħu, maġenb il-Junior College, se joffri ambjent aktar sigur u aktar attraenti għall-eluf ta' studenti u persuni li jużaw iż-żona kuljum.

Ritratti: MIPE

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jibdew ix-xogħlijiet biex Triq Oscar Zammit fl-akwati tal-Junior College tinbidel f'żona pedonali u spazju pubbliku ġdid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jibdew ix-xogħlijiet biex Triq Oscar Zammit fl-akwati tal-Junior College tinbidel f'żona pedonali u spazju pubbliku ġdid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jibdew ix-xogħlijiet biex Triq Oscar Zammit fl-akwati tal-Junior College tinbidel f'żona pedonali u spazju pubbliku ġdid
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow