Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR ‘Young Artists, Big Impact’ tirritorna għat-tieni edizzjoni, biex tkompli tagħti vuċi lit-tfal favur is-sostenibbiltà

PR261169
Date Icon 12/07/2026

Permezz tal-arti, tfal madwar Malta u Għawdex qed jippromwovu s 17 il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti bħala parti mill ‘Young Artists, Big Impact’ Children’s Art Exhibition li qed issir fil MUŻA – il Mużew Nazzjonali tal Arti Komunitarja.

Din l inizjattiva, organizzata mid Direttorat għall Iżvilupp Sostenibbli fi ħdan il Ministeru għall Enerġija, l Ambjent u r Riġenerazzjoni tal Port il Kbir, tpoġġi l-perspettivi tat-tfal fil-qalba tal-iżvilupp sostenibbli ta’ Malta.

Permezz ta’ espressjonijiet artistiċi varji, fosthom pitturi, letteratura, skulturi u vidjografija, tfal u żgħażagħ qasmu l interpretazzjoni tagħhom tal pilastri ambjentali u soċjoekonomiċi tal-iżvilupp sostenibbli.

Il Ministru għall Enerġija, l Ambjent u r Riġenerazzjoni tal Port il Kbir Miriam Dalli ltaqgħet ma wħud mill istudenti u esprimiet l ammirazzjoni tagħha għall-kreattività, il ħila u l għarfien tagħhom dwar l SDGs u d dinja ta’ madwarhom. “L iskulturi u x-xogħlijiet artistiċi maħduma minn dawn l istudenti juru kif, minkejja l età żgħira tagħhom, diġà għandhom għarfien tal aspetti differenti tas sostenibbiltà – mill-benesseri tan-nies u l-komunitajiet, sal-ħarsien tal-ambjent u tal-ġenerazzjonijiet futuri. Permezz ta’ din il-wirja, it-tfal qed iwasslulna l-fehmiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom għal futur aħjar. Il-messaġġ tagħhom huwa sempliċi iżda b’saħħtu; kull persuna għandha l-kapaċità li tħalli impatt pożittiv fuq is-soċjetà u l-ambjent ta’ madwarna,” qalet il-Ministru.

Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni, it-tieni edizzjoni tal-wirja espandiet il-firxa tagħha biex tilqa’ studenti mir-raba’ sat-tmien sena. Il-wirja ġibdet 155 sottomissjoni minn 18-il skola madwar Malta u Għawdex, b’kull biċċa xogħol tirrifletti l-għarfien tal-istudenti dwar l-SDGs, b’enfasi partikolari fuq il-ħarsien tal-ambjent u l-benesseri soċjali.

L iskejjel li pparteċipaw kienu: De La Salle Junior (Birgu), Archbishop Seminary (Rabat), Ġużé Aquilina Primary (Sannat), Dr Frans Chetcuti Primary B (Żabbar), Ġużeppi Maria Caruana Primary B (Żejtun), Leli Camilleri Primary (Żurrieq), St Edward’s Junior and Middle School (Birgu), St Francis Primary (Birkirkara), Bice Mizzi Vassallo Primary (Pembroke), St Martin’s College (Swatar), St Dorothy's Junior School (Sliema), Ġużeppi Aġius Primary (Paola), Madonna tal-Mensija Primary (San Ġwann), Patri Feliċ Sammut Primary (San Pawl il Baħar), St Francis Primary (Cospicua), Carlo Diacono Secondary (Żejtun), The Malta Visual and Performing Arts School, u Hand in Hand.

Francine Pace Caruana, Direttur għall Iżvilupp Sostenibbli fi ħdan l istess Ministeru, spjegat kif fil-qalba ta’ din l-inizjattiva hemm il-prinċipju tar-responsabbiltà kollettiva, filwaqt li enfasizzat ir-rwol importanti tat-tfal bħala aġenti tal-bidla li qed jippromwovu s-sostenibbiltà permezz tal-kreattività artistika tagħhom.

Il wirja hija miftuħa ġewwa MUŻA mit Tlieta, 7 ta’ Lulju sal Ħadd, 19 ta’ Lulju. Il ħinijiet tal ftuħ matul il-ġimgħa huma mill-10:00 sas-18:00. l-għalliema u l-pubbliku ġenerali huma mistiedna jżuru din l-esibizzjoni u u jispiraw ruħhom mill-messaġġ qawwi favur is-sostenibbiltà li t-tfal qed iwasslu permezz tax-xogħlijiet artistiċi tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR ‘Young Artists, Big Impact’ tirritorna għat-tieni edizzjoni, biex tkompli tagħti vuċi lit-tfal favur is-sostenibbiltà
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR ‘Young Artists, Big Impact’ tirritorna għat-tieni edizzjoni, biex tkompli tagħti vuċi lit-tfal favur is-sostenibbiltà
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR ‘Young Artists, Big Impact’ tirritorna għat-tieni edizzjoni, biex tkompli tagħti vuċi lit-tfal favur is-sostenibbiltà
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR ‘Young Artists, Big Impact’ tirritorna għat-tieni edizzjoni, biex tkompli tagħti vuċi lit-tfal favur is-sostenibbiltà
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR ‘Young Artists, Big Impact’ tirritorna għat-tieni edizzjoni, biex tkompli tagħti vuċi lit-tfal favur is-sostenibbiltà
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow