Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Inawgurazzjoni ta’ skultura f’Marsaskala

pr261157
Date Icon 10/07/2026

Il-Ministru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili Rosianne Cutajar indirizzat iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni ta’ skultura tal-bronż ta’ Lu Yu – ‘A Tea Break on the Silk Road’ fil-Promenade ta' Marsaskala, organizzata mill-Kunsill Lokali ta' Marsaskala f’kooperazzjoni mas-Soċjetà ta’ Ħbiberija Malta-Ċina,  fejn enfasizzat li l-arti u l-kultura għandhom rwol importanti biex iressqu lill-popli aktar lejn xulxin u jsaħħu l-valuri tar-rispett, tad-djalogu u tal-ugwaljanza.

Fl-indirizz tagħha, il-Ministru qalet li din l-iskultura hija simbolu tal-ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina u tfakkira tal-importanza tal-iskambju kulturali fil-bini ta' relazzjonijiet b'saħħithom bejn il-pajjiżi. Hija rrimarkat li l-kultura għandha l-ħila tgħaqqad lin-nies lil hinn mid-differenzi, filwaqt li tispira djalogu, koperazzjoni u rispett reċiproku.

Il-Ministru Rosianne Cutajar spjegat li Lu Yu, magħruf bħala s-Sage of Tea u awtur ta’ The Classic of Tea, huwa figura li tul is-sekli ġiet assoċjata mal-armonija, l-ospitalità u l-għaqda bejn il-popli. Enfasizzat li  l-iskambju ta’ ideat, tradizzjonijiet u kulturi kien dejjem mezz biex jinbnew pontijiet ta’ ħbiberija u koperazzjoni bejn il-popli.

Ir-relazzjonijiet bejn Malta u ċ-Ċina huma mibnija fuq storja twila ta’ ħbiberija u rispett reċiproku li tmur lura għall-viżjoni tal-eks Prim Ministru Dom Mintoff, li kien strumentali biex jitqiegħdu l-pedamenti ta’ relazzjoni b’saħħitha bejn iż-żewġ pajjiżi. Illum, dawn ir-rabtiet ikomplu jissaħħu permezz tal-koperazzjoni, tal-iskambju kulturali u tad-djalogu bejn il-popli.

Il-Ministru Rosianne Cutajar saħqet li Malta tibqa’ impenjata li tkompli tibni soċjetà bbażata fuq l-ugwaljanza, id-dinjità u r-rispett lejn kulħadd. Hija qalet li d-diversità kulturali tkompli ssaħħaħ u tarrikkixxi lis-soċjetà Maltija u li kull persuna għandha tingħata l-opportunità li tgħix f’ambjent mibni fuq l-inklużjoni u r-rispett reċiproku.

Il-Ministru Cutajar temmet tgħid li l-valuri tar-rispett, tal-ħbiberija u tal-fehim reċiproku huma importanti ħafna u għandhom jibqgħu jiggwidaw il-ħidma favur soċjetà aktar inklużiva u ugwali. Hija esprimiet ix-xewqa li l-iskultura ta’ Lu Yu tibqa’ xhieda dejjiema tal-ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina u tkompli tispira djalogu u koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Inawgurazzjoni ta’ skultura f’Marsaskala
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Inawgurazzjoni ta’ skultura f’Marsaskala
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Inawgurazzjoni ta’ skultura f’Marsaskala
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Inawgurazzjoni ta’ skultura f’Marsaskala
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow