Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Follow-up Audit Reports, 2026 - Pubblikazzjoni maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika

pr261130
Date Icon 06/07/2026

Għall-għaxar sena konsekuttiva, l-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Carmelo Abela, l-ewwel volum b'ġabra ta' tmien rapporti ta' segwitu għas-sena 2026.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għal darb'oħra analizza l-verifiki ta' natura Finanzjarja u ta' Konformità li saru fl-aħħar snin, bl-iskop li jevalwa jekk ir-rakkomandazzjonijiet prinċipali rispettivi ġewx implimentati. Naturalment, kif inhu mistenni, kull istituzzjoni nazzjonali tal-verifika għandha jkollha mekkaniżmu li jassigura li r-rakkomandazzjonijiet jitwettqu fi żmien raġonevoli, sabiex dan jikkontribwixxi għat-tisħiħ fil-governanza tajba fis-settur pubbliku kollu.

Fl-evalwazzjoni li saret din is-sena nstab li numru sinifikanti tar-rakkomandazzjonijiet li ġew analizzati minn dan l-Uffiċċju kienu indirizzati b'mod sħiħ, parzjalment, jew qegħdin fil-proċess li jiġu mwettqa mill-entitajiet konċernati. Ir-Rapport juri wkoll ir-rata ta' progress tar-rakkomandazzjonijiet implimentati għal kull wieħed mit-tmien verifiki li ġew analizzati, li kienu:

  • Servizz.gov
  • L-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet
  • Benefiċċji għal Terminu Qasir
  • Il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali
  • Programm ta' wara l-ħin tal-Iskola, SkolaSajf u Klabb 3-16
  • Ċertifikat dwar ir-Rendiment tal-Enerġija 
  • L-Isptar Mater Dei – Ġestjoni tal-Faċilitajiet ta' Tagħmir mhux Mediku 
  • Is-Servizzi tas-Saħħa Mentali

Din il-pubblikazzjoni hi aċċessibbli minn fuq is-sit uffiċjali tal-NAO nao.gov.mt jew mill-paġna tal-Facebook tal-Uffiċċju www.facebook.com/NAOMalta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow