AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap. 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). It-twissija tgħid li l-prodott li ġej m'għandux jiġi kkunsmat peress li fih livell għoli ta' kaffeina.
| Prodott: | “Stacker 4" | |
| Ditta: | Stacker 2 Europe | |
| Dettalji: | IL-lottijiet kollha | Id- dati tad-durabbiltà kollha |
| Oriġini: | L-Istati Uniti tal-Amerka (USA) | |
| Kontenut: | 100 kapsuli | |
Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922