Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MINN SPECIAL OLYMPICS MALTA

PR261104
Date Icon 30/06/2026

Malta ser tospita l-ewwel Special Olympics European Swimming Open f’Settembru 2026

Special Olympics Malta nediet uffiċjalment l-Ispecial Olympics European Swimming Open Malta 2026, l-ewwel avveniment tal-għawm ta’ Special Olympics organizzat fuq livell internazzjonali. Il-logħob se jsir bejn l-10 u l-14 ta’ Settembru 2026 fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq, bis-sehem ta’ aktar minn 400 atleta minn 40 pajjiż.

Waqt it-tnedija tħabbar ukoll programm ta’ inizjattivi paralleli, fosthom villaġġ sportiv b’kompetizzjoni tal-Boċċe għal aktar minn 200 atleta, programm ta’ screening Healthy Athletes mifrux fuq sitt dixxiplini, u festival tal-Motor Activity Training Program (MATP), b’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Sapport, għal madwar 500 atleta.

Dr Lydia Abela, President ta’ Special Olympics Malta, spjegat il-viżjoni wara dawn il-logħob u tenniet kif, bil-messaġġ ‘Beyond the Wave’, iridu jwasslu messaġġ pożittiv u mimli tama lill-atleti li, minkejja l-isfidi li jiffaċċjaw ta’ kuljum, hemm ġejjieni mimli opportunitajiet. Dr Abela tenniet li jridu juru wkoll li, jekk is-soċjetà tingħaqad f’forza waħda, jistgħu jiksbu aktar, jistgħu jbiddlu, u jistgħu jibnu soċjetà inklużiva li toffri opportunitajiet ugwali għal kulħadd.

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia saħqet li Special Olympics Malta hija xhieda ċara ta’ kif l-inklużjoni tinbena permezz ta’ azzjoni konkreta u mhux biss bil-kliem. Hija rrimarkat li l-Gvern kompla jinvesti f’opportunitajiet li jagħtu s-setgħa lill-persuni b’diżabilità biex jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja sportiva u soċjali, filwaqt li enfasizzat li Malta qed tkompli tissaħħaħ bħala mudell ta’ inklużjoni fuq livell Ewropew u internazzjonali. Il-Ministru rringrazzjat lil Special Olympics Malta, lill-atleti, lill-familji tagħhom u lill-voluntiera kollha għad-dedikazzjoni tagħhom, filwaqt li awgurat kull suċċess lill-atleti Maltin u Għawdxin għall-kompetizzjonijiet li ġejjin.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Byron Camilleri qal li, “Filwaqt li nieħdu gost bil-midalji, jien inqis dan tagħkom bħala moviment li jibdel il-ħajjiet għall-aħjar. L-isport għandu setgħa unika biex jibni l-kunfidenza fl-individwu u jgħin lill-persuni jkunu reżiljenti. Huwa għalhekk li nemmen bis-sħiħ fil-valur tal-ħidma li qed twettqu u fl-appoġġ li rridu nkomplu nagħtu lil Special Olympics Malta.”

David Evangelista, Kap Eżekuttiv ta’ Special Olympics, irringrazzja lill-Gvern Malti mhux biss talli Malta ser tkun qed tospita l-ewwel avveniment tax-xorta tiegħu fuq livell internazzjonali, iżda wkoll tas-sostenn kontinwu li Malta tagħti bħala parti mill-koalizzjoni internazzjonali favur l-inklużjoni fis-soċjetajiet tagħna.

Il-pubbliku huwa mistieden iżur is-sit www.specialolympicsmalta.org għal aktar informazzjoni, kif ukoll biex jissieħeb bħala parti mit-tim ta’ voluntiera għal waqt dawn il-logħob.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MINN SPECIAL OLYMPICS MALTA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MINN SPECIAL OLYMPICS MALTA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MINN SPECIAL OLYMPICS MALTA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MINN SPECIAL OLYMPICS MALTA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MINN SPECIAL OLYMPICS MALTA
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow