AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinnotifika lill-pubbliku li, bħala miżura ta' prekawzjoni, l-għawm mhuwiex irrakkomandat minħabba tnixxija ta' drenaġġ fis-sit indikat.
Dan l-inċident jista' jaffettwa l-kwalità tal-ilma tal-għawm u jista' joħloq riskju għas-saħħa tal-għawwiema. L-EHOs qed iwettqu aktar investigazzjonijiet biex jiddeterminaw is-sors u l-estensjoni tal-kontaminazzjoni. F'dan l-istadju, it-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi previst.
| Kodiċi tas-sit: | C23 |
| Lokalità | Il-Bajja tal-Għażżenin, San Pawl il-Baħar |
Tabelli li jindikaw iżżona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefown – 20954992 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt jew EHD Bathing Portal fuq https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922