Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Il-qalb ta’ pajjiżna tidher fil-mod kif ngħożżu lil min ta ħajtu fis-servizz” – l-Ispeaker

pr261082
Date Icon 26/06/2026

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati żar id-Dar tal-Kleru fejn iltaqa' ma' numru ta' saċerdoti anzjani li tul ħajjithom qdew lill-poplu b'dedikazzjoni u mħabba. Matul iż-żjara l-Ispeaker kien milqugħ minn Fr Charles Cordina u mid-Direttur ta' Dar tal-Kleru, Andre Vassallo Grant.

L-Ispeaker esprima r-rikonoxximent tiegħu lejn dawn is-saċerdoti li, għal snin twal, kienu preżenza ta' faraġ, talb u gwida fil-ħajja ta' ħafna familji Maltin u Għawdxin. Huwa qal li d-Dar tal-Kleru mhijiex biss dar ta' mistrieħ, iżda post fejn tinżamm ħajja l-memorja sabiħa ta' servizz, vokazzjoni u sagrifiċċju.

L-Ispeaker sostna li soċjetà turi l-qalb tagħha meta tiftakar, tirrispetta u tieħu ħsieb lil dawk li taw ħajjithom għall-oħrajn. “F'dawn is-saċerdoti naraw persuni li taw ħajjithom fis-skiet, iżda b'imħabba kbira. Għalhekk illum ridt inwassal kelma sempliċi iżda sinċiera: grazzi," qal l-Ispeaker.

L-Ispeaker irringrazzja lil Fr Charles Cordina, lil Andre Vassallo Grant u lil dawk kollha li jaħdmu fid-Dar tal-Kleru għall-kura, l-għożża u d-dinjità li bihom jakkumpanjaw lis-saċerdoti anzjani fil-ħajja ta' kuljum.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Il-qalb ta’ pajjiżna tidher fil-mod kif ngħożżu lil min ta ħajtu fis-servizz” – l-Ispeaker
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Il-qalb ta’ pajjiżna tidher fil-mod kif ngħożżu lil min ta ħajtu fis-servizz” – l-Ispeaker
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Il-qalb ta’ pajjiżna tidher fil-mod kif ngħożżu lil min ta ħajtu fis-servizz” – l-Ispeaker
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Il-qalb ta’ pajjiżna tidher fil-mod kif ngħożżu lil min ta ħajtu fis-servizz” – l-Ispeaker
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Il-qalb ta’ pajjiżna tidher fil-mod kif ngħożżu lil min ta ħajtu fis-servizz” – l-Ispeaker
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow