Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Gvern jieħu azzjoni biex isaħħaħ l-indipendenza tat-tribunali speċjalizzati

pr261067
Date Icon 24/06/2026

Il-Gvern Malti b’pass ieħor importanti biex isaħħaħ l-indipendenza ta’ tribunali speċjalizzati.

Illum il-Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima ltaqa’ ma’ delegazzjoni mill-Kummissjoni Venezja, wara li l-Gvern talab parir espert dwar ir-riformi proposti. Il-Ministru Grima rringrazzja lill-Kummissjoni Venezja li aċċettat it-talba ta’ Malta, u li din ġiet pajjiżna propju biex tiddiskuti din ir-riforma.

Il-Ministru Grima enfasizza li l-Gvern qiegħed jittrasforma l-impenn f’azzjoni. Malta rrevediet is-sistema attwali, ħejjiet abbozz ta’ leġiżlazzjoni u qed tavvanza din ir-riforma kif issa huwa wkoll imwiegħed fil-Manifest tal-Gvern għal din il-leġiżlatura. L-għan huwa li jiġi żgurat li t-tribunali speċjalizzati jkomplu jaqdu lill-pubbliku bl-għarfien espert, filwaqt li joperaw taħt regoli li jkomplu jsaħħu l-indipendenza tagħhom.

Il-laqgħa tal-lum kienet waħda pożittiva u wkoll kostruttiva. Il-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jħares ’il quddiem li jkompli l-kooperazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni ta’ Venezja.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Gvern jieħu azzjoni biex isaħħaħ l-indipendenza tat-tribunali speċjalizzati
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Gvern jieħu azzjoni biex isaħħaħ l-indipendenza tat-tribunali speċjalizzati
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow