STQARRIJA MIS-SERVIZZ TAS-SIGURTÀ
B’referenza għall-istqarrijiet reċenti maħruġa mill-Kamra tal-Avukati, is-Servizz tas-Sigurtà jemmen li l-privileġġ tal-professjoni legali m’għandux ikun mittiefes, peress li jifforma parti mill-pedamenti tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja u tas-saltna tad-dritt.
Dan il-privileġġ huwa mħares mill-Kostituzzjoni ta’ Malta, mill-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll mil-liġijiet ordinarji.
Fit-twettiq tal-funzjonijiet u l-ħidma tiegħu, is-Servizz tas-Sigurtà qatt ma rreġistra konverżazzjonijiet protetti mill-privileġġ professjonali bejn avukati u l-klijenti tagħhom, u lanqas qatt ma pprova jew kellu l-intenzjoni li jagħmel dan, hekk kif qed ikun allegat li sar, ġewwa il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. F’konformità mal-proċeduri stabbiliti, fl-ebda ħin u żmien ma kienu mmirati, sar monitoraġġ jew irreġistrati laqgħat bejn avukati u klijenti.
Għaldaqstant, kwalunkwe allegazzjoni li tissuġġerixxi li s-Servizz tas-Sigurtà wettaq monitoraġġ ta’ komunikazzjoni protetta mill-privileġġ professjonali bejn avukati u klijenti hija inkorretta u infondata.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922