Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Għaddej ix-xogħol fuq spazju miftuħ ta’ 25,000 metru kwadru f’Ħal Għaxaq

PR261053
Date Icon 23/06/2026

Żona tal-pikniks għal ħin ta' mistrieħ u rikreattiv

Fi Triq l-Andar f'Ħal Għaxaq, għaddej xogħol ta'  riġenerazzjoni ta' żona għall-picnics fuq medda ta' art ta' madwar 25,000 metru kwadru.

Waqt żjara fuq is-sit, il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli flimkien mat-tim ta' Project Green u s-sindku ta' Ħal Għaxaq Karl Boxall u membri oħra tal-Kunsill Lokali, żaru x-xogħlijiet li qed isiru b'investiment ta' kważi miljun ewro.

Mil-bidu tal-proġett, saru diversi interventi li jkomplu jagħmlu dan il-proġett wieħed sostenibbli. Inbena ġibjun ta' madwar 60 metru kubu, li l-ilma miġbur fih se jintuża għat-tisqija, filwaqt li nbnew ukoll faċilitajiet pubbliċi. Ix-xogħlijiet tal-infrastruttura taħt l-art tlestew, filwaqt li bħalissa l-passaġġi qed jitlestew, u l-installazzjoni tas-servizzi kemm tad-dawl u anke tal-ilma se jitlestew fil-jiem li ġejjin.

Dan il-proġett jinkludi wkoll l-installazzjoni ta' bankijiet u mwejjed tal-picnic, inklużi dawk aċċessibbli u adattati għat-tfal, stands għar-roti, elementi ta' logħob ibbażati fuq in-natura, tabelli informattivi, dawl li jaħdem bl-enerġija solari u sistema ta' CCTV. B'kollox se jiżdiedu madwar 150 siġra u 150 arbuxxell ma' dawk li diġà hemm.

Il-Ministru Miriam Dalli spjegat kif dan il-proġett għandu għan doppju. “F'din iż-żona qed naraw xogħol ta' riġenerazzjoni biex jissaħħaħ l-ambjent naturali, il-bijodiversità u l-istabilità ekoloġika; iżda fuq kollox biex jitgawda min-nies. Qed naraw li din iż-żona tibqa' waħda naturali b'interventi minimi filwaqt li jagħmlu l-post wieħed sigur biżżejjed biex il-familji jgawdu u jqattgħu ħin flimkien f'dan is-sit," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Chiara Darmanin, il-Project Manager f'dan il-proġett irrimarkat kif siġar taż-żebbuġ eżistenti se jinżammu bħala parti mill-proġett u qed jiġu protetti matul dan il-proċess t'implimentazzjoni, b'enfasi partikolari fuq il-ħarsien tas-sistemi tal-għeruq u l-veġetazzjoni eżistenti.

Il-proġett huwa kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Għaddej ix-xogħol fuq spazju miftuħ ta’ 25,000 metru kwadru f’Ħal Għaxaq
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Għaddej ix-xogħol fuq spazju miftuħ ta’ 25,000 metru kwadru f’Ħal Għaxaq
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Għaddej ix-xogħol fuq spazju miftuħ ta’ 25,000 metru kwadru f’Ħal Għaxaq
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Għaddej ix-xogħol fuq spazju miftuħ ta’ 25,000 metru kwadru f’Ħal Għaxaq
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow