Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Kull student żagħżugħ li applika u hu eliġibbli jattendi l-iskola tal-Wardija ser jingħata l-opportunità

PR261026
Date Icon 18/06/2026

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport jagħmel referenza għal numru ta' applikazzjonijiet minn ġenituri li wrew ix-xewqa li jibagħtu lil uliedhom fl-iskola Dun Manwel Attard fil-Wardija li tifforma parti mill-Kulleġġ San Nikola u li tilqa' fiha studenti żgħażagħ b'diżabbiltà li għandhom bejn 16 u 22 sena, ser tkun qiegħda tilqa' fiha l-istudenti kollha li applikaw.

Dan hekk kif fl-aħħar jiem, ġew allokati aktar riżorsi umani li huma għalliema u learning support educators li jistgħu joffru servizz lill-istudenti f'din l-iskola.

Għalhekk il-Ministeru jinforma, li dawk il-ġenituri u l-istudenti kollha li fl-aħħar jiem irċevew ittra li ma kienx possibbli li jidħlu f'din l-iskola issa ser ikun possibbli li mis-sena skolastika l-ġdida jibdew jattendu fiha. Filfatt, fil-jiem li ġejjin ser jirċievu ittra oħra li tikkonferma dan.

Bl-għan tal-Ministeru huwa li jkompli jsaħħaħ din l-iskola li għamlet u ser tibqa' tagħmel ħafna ġid.

Bl-introduzzjoni tal-Lifemap u dan l-iżvilupp fl-iskola tal-Wardija, ifissru li kull student li xtaq ikompli l-edukazzjoni tiegħu f'istituzzjoni post-sekondarja, ser ikomplu jsaħħu l-abbiltajiet tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow