STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Se jitwaqqfu d-Direttivi fil-Junior College
PR261022
17/06/2026
- Se jitpoġġa ftehim għall-vot tal-membri
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u Sport jilqa' b'sodisfazzjon li l-Malta Union of Teachers (MUT) se tkun qiegħda twaqqaf id-direttivi tal-letturi tal-Junior College hekk kif wara diskussjonijiet, intlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet fuq il-prinċipji ta' ftehim li se jkun qiegħed imur għall-vot tal-membri.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Byron Camilleri tenna li l-għan tal-Gvern huwa li jkompli jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-letturi u l-għalliema li jissarrfu f'esperjenza edukattiva dejjem aqwa għall-istudenti.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922