Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Imniedi l-programm tal-attivitajiet tal-Imnarja 2026

PR261021
Date Icon 17/06/2026


Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel nieda uffiċjalment il-programm tal-attivitajiet tal-Imnarja 2026, waħda mill-eqdem u l-aktar tradizzjonijiet popolari fil-kalendarju kulturali Malti.

Il-programm tal-Imnarja 2026 se jinkludi numru ta' attivitajiet kulturali, agrikoli u tradizzjonali mifruxa fuq diversi ġranet, fosthom wirjiet ta' annimali, esebizzjonijiet ta' makkinarju agrikolu, wirjiet ta' frott u ħxejjex, kompetizzjonijiet marbuta mas-settur agrikolu, attivitajiet folkloristiċi u esperjenzi awdjoviżwali. Il-qofol tal-festa se jkun fil-Buskett fit-28 u d-29 ta' Ġunju, fejn il-pubbliku se jkun jista' jgawdi programm varjat li jiċċelebra l-wirt agrikolu u rurali Malti.

Waqt it-tnedija, il-Ministru Anton Refalo qal li l-Imnarja tibqa' okkażjoni importanti li tiċċelebra l-wirt agrikolu u rurali ta' pajjiżna filwaqt li tagħti rikonoxximent lill-ħidma tal-bdiewa u r-raħħala Maltin.

Il-Ministru enfasizza li l-attivitajiet organizzati għal din is-sena huma maħsuba biex ikomplu jqarrbu lill-pubbliku lejn is-settur agrikolu u jsaħħu l-apprezzament lejn tradizzjonijiet li għadhom relevanti sal-lum.

Huwa tenna wkoll l-impenn tal-Gvern li jkompli jappoġġja lis-settur agrikolu u jippromwovi inizjattivi li jsaħħu l-għarfien dwar l-importanza tal-produzzjoni lokali tal-ikel u l-protezzjoni tal-wirt rurali Malti.

Il-programm tal-Imnarja 2026 jinkludi numru ta' attivitajiet kulturali, edukattivi u tradizzjonali, b'enfasi partikolari fuq il-kontribut storiku u attwali tal-agrikoltura Maltija.

Id-Direttur għas-Servizzi ta' Sapport fil-Ministeru għal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel, Estelle Sant spjegat, “L-Imnarja hija Festa li tiċċelebra l-ħidma u l-prodotti tal-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jattendi għal dan l-avveniment li ser ikun mimli b'attivitajiet għal familja kollha."

Ara l-programm kollu f'din il-ħolqa: https://www.swisstransfer.com/d/2747a8b5-fd0d-43e4-81eb-e478b463feb0

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Imniedi l-programm tal-attivitajiet tal-Imnarja 2026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Imniedi l-programm tal-attivitajiet tal-Imnarja 2026
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow