Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT L-ewwel Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-anzjani b’diżabilità jiftaħ fix-xhur li ġejjin

PR260995
Date Icon 10/06/2026

Il-Ministru Julia Farrugia  żżur il-proġett fil-Gżira li qed isir b'investiment ta' €250,000

Ix-xogħol fuq l-ewwel proġett ta' Ċentru ta' Matul il-Jum speċifikament għall-anzjani b'diżabilità miexi ġmielu. Fil-fatt 50% tax-xogħol fuq din il-binja fil-Gżira issa huwa lest.

Dan il-proġett qed isir b'investiment totali ta' €250,000 u ċ-ċentru mistenni jiftaħ il-bibien tiegħu għall-anzjani fl-aħħar ta' Ottubru li ġej.

Dan ħabbritu l-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia fi żjara li għamlet f'din il-proprjetà, fil-preżenza tas-Segretarju Permanenti Stephanie Rocco u diversi uffiċjali mill-Aġenzija Sapport. Hija fakkret illi dan iċ-ċentru ser ikollu l-għan li joffri l-appoġġ meħtieġ biex jolqot il-bżonnijiet varjati ta' anzjani b'diżabilità li fil-preżent diġà qed jattendu servizzi ta' matul il-jum immexxija minn Aġenzija Sapport.

Il-Ministru Farrugia żvelat kif malli jiftaħ dan iċ-ċentru ta' matul il-jum se jkun qed jagħti servizzi speċjalizzati lil 35 anzjan, apparti li jipprovdi ikel u trasport. “Din kienet miżura tal-Budget 2026 u allura għal darba oħra l-Gvern se jkun qed iżomm mal-wegħda tiegħu li jsir dan iċ-ċentru speċjalizzat," kompliet il-Ministru Farrugia.

Hija qalet li permezz ta' dan iċ-ċentru, anzjani b'diżabilità ser ikunu jistgħu jibbenefikaw minn programmi aktar addattati għalihom. “Għal dan il-għan kien hemm il-ħtieġa li ssir evalwazzjoni tal-bżonnijiet tal-anzjani b'diżabilità li diġà jattendu ċ-ċentri l-oħra u bdew diskussjonijiet interni biex jinħolqu dawn il-programmi."

Il-Ministru Julia Farrugia temmet tirrimarka li din il-binja fil-Gżira kienet mibdula kompletament bl-aċċessibilità tkun il-kunsiderazzjoni ewlenija.

Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport Oliver Scicluna rrefera għal din il-ħidma bħala sinjal tal-impenn tal-Aġenzija biex tkompli tiżviluppa servizzi speċjalizzati. Huwa qal li permezz ta' dan il-proġett, ser ikunu qed jiġu indirizzati aħjar il-bżonnijiet ta' persuni b'diżabilità anzjani bi programmi individwalizzati u li huma addattati għalihom f'ambjent aċċessibbli u f'faċilitajiet moderni.

Minkejja li huwa l-ewwel tat-tip tiegħu, dan ser ikun l-14-il ċentru ta' matul il-jum li fih Aġenzija Sapport toffri s-servizzi tagħha. Dawn jinkludu ċ-ċentru f'Għawdex, kif ukoll Spero – b'kollaborazzjoni ma' Outlook Coop – u Star – b'kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Inspire.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT L-ewwel Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-anzjani b’diżabilità jiftaħ fix-xhur li ġejjin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow