AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). It-twissija tiddikjara li l prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat peress li fih livelli għoljin ta' 3-monokloropropandiol (3-MCPD).
It-3-MCPD huma grupp ta' kontaminanti li jiffurmaw waqt l-ipproċessar taż-żjut tal-ikel. F'livelli għoljin dawn jistgħu jkollhom effetti negattivi fuq is-sistema riproduttiva tal-bniedem/kliewi, kif ukoll potenzjalment karċinoġeniċi.
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | “Pipe Cheese Snack" | ![]() ![]() |
| Ditta: | Lina | |
| Oriġini: | l-Iran | |
| Użin: | 80g | |
| Data tad-Durabbiltà: | 1/11/2026 | |
Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923

