STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT L-Aġenzija Residenza Malta magħluqa għada b’rispett lejn is-Sur Jonathan Cardona
PR260980
08/06/2026
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport, javża li, wara t-telfa tas-Sur Jonathan Cardona, Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Residenza Malta, għada t-Tlieta, 9 ta' Ġunju 2026, l-Aġenzija mhux ser tiftaħ il-bibien tagħha b'rispett u sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jattendu għall-funeral.
Il-Ministeru jesprimi s-sogħba tiegħu għal din it-telfa u jirringrazzja lis-Sur Cardona għas-servizz u l-kontribut siewi li ta matul is-snin f'diversi rwoli fi ħdan is-servizz pubbliku.
Il-Ministeru jwassal il-kondoljanzi sinċiera tiegħu lill-familja, qraba u ħbieb tas-Sur Cardona.
Other Press Releases:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923