Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

pr260977
Date Icon 08/06/2026

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara analiżi li saret bħala parti mill-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-istess Awtorità, l-imsemmi prodottm'għandux jiġi kkunsmat minħabba l-preżenza ta' pestiċida mhux awtorizzata, ossidu tal-etilen (“Ethylene Oxide"). 

Dan l-ossidju tal-etilen huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropea, iżda hu awtorizzat f'pajjiżi barra l-UE. Għalkemm il-konsum tal-prodott mhux ta' riskju immedjat, hemm riskju akbar jekk ikel differenti li jkun kontaminat b'din il-kimika jittiekel għal perjodu ta' żmien. Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista' jkun il-konsum ta' prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f'livell baxx.

Deskrizzjoni tal-Prodott:“Long Grain Parboiled Brown Rice"
Ditta:Riso Scotti
Użin: 1kg
Oriġini:l-Italja
Numru tal-Lott:26034D
Data ta' durabbiltà:04/28

pr260977.jpg

Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

More Press Releases Right arrow