Left arrow Go Back

STQARRIJA MINN FESTIVALS MALTA Festa Nazzjonali Sette Giugno 1919

PR260967
Date Icon 04/06/2026


Festivals Malta, flimkien mal-Parlament ta' Malta u l-Kumitat Festi Nazzjonali, iħabbru l-attivitajiet nazzjonali sabiex jitfakkar is-Sette Giugno 1919.


Il-Ġimgħa, 5  ta' Ġunju 2026

Fis-7.00pm issir Ċerimonja ta' Tifkira biswit il-Monument tas-Sette Giugno 1919 fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jagħmel id-diskors tal-okkażjoni. Fi tmiem id-diskors tal-Ispeaker ikun hemm it-tqegħid ta' kuruni fuq il-Monument tas-Sette Giugno 1919 mid-dinjitari preżenti, rappreżentanti tal-familji tal-vittmi tas-Sette Giugno 1919 u organizzazzjonijiet oħra.

F'din l-attività ser tieħu sehem il-Banda tal-Pulizija. Il-kommemorazzjoni tiġi trażmessa live fuq TVM.

Il-Ħadd, 7  ta' Ġunju 2026

Fit-8.30am, tislima lill-vittmi tas-Sette Giugno 1919 fiċ-Ċimiterju ta' Sidtna Marija Addolorata, Raħal Ġdid. Matul din iċ-ċerimonja, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, iċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u rappreżentant tal-familji tal-vittmi jqiegħdu kuruni tal-fjuri fuq il-qabar tal-vittmi tas-Sette Giugno 1919 – Carmelo Abela, Manuel Attard, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer.

Fl-10.00am isir tqegħid ta' kuruna mill-President ta' Malta, akkumpanjata miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u s-Sindku tal-Belt Valletta fuq il-monument tas-Sette Giugno, il-Belt Valletta. F'din iċ-ċerimonja jieħdu sehem stakkament tal-Forzi Armati ta' Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

More Press Releases Right arrow