Left arrow Go Back

​STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jagħżel il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari fil-Kabinett il-ġdid

pr260966
Date Icon 03/06/2026

Wara l-għażla demokratika tal-poplu Malti fl-elezzjoni ġenerali tat-30 ta' Mejju 2026, għada se jkun qiegħed isir il-ġurament tal-ħatra tal-Kabinett.

Il-Prim Ministru Robert Abela għażel numru ta' Ministri li għandhom l-esperjenza, il-kompetenza u l-motivazzjoni sabiex ikomplu jmexxu lill-pajjiż dejjem aktar 'il quddiem. Numru ta' Ministri se jkunu qed ikomplu jaqdu l-irwol li kellhom fil-leġiżlatura li għaddiet flimkien ma' responsabbiltajiet oħra. Oħrajn, inkluż numru ta' Deputati li fil-leġiżlatura li għaddiet servew bħala Segretarji Parlamentari, ingħataw responsabbiltajiet Ministerjali ġodda. Żewġ Segretarji Parlamentari se jkunu qed jgħinu lill-Ministri fil-ħidma tagħhom.

Il-formazzjoni tal-Kabinett tirrifletti l-impenn tal-Gvern li jwettaq il-manifest elettorali li għażel il-poplu, partikolarment il-ħolqien tal-ġid u l-investiment fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Filwaqt li l-Gvern huwa kommess li jibqa' jġib riżultati ekonomiċi b'saħħithom, il-ħidma tal-Kabinett se tiffoka fuq l-implimentazzjoni ta' miżuri li jagħmlu l-ħajja tan-nies eħfef, isbaħ u aħjar.

Ir-responsabbiltajiet tal-Ministri u l-kontribut li huma mistennija jagħtu s-Segretarji Parlamentari jirriflettu l-prijoritajiet ewlenin li għandu l-Gvern, fosthom is-settur diġitali, l-akkomodazzjoni, il-mobbiltà u r-riġenerazzjoni ta' bnadi differenti ta' pajjiżna.

Dawn huma l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari magħżula mill-Prim Ministru Robert Abela skont ir-responsabbiltajiet tagħhom:


Ian Borg

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa

Owen Bonnici

Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet


Michael Falzon

Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja

Anton Refalo

Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel

Silvio Schembri

Ministru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi


Julia Farrugia

Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat


Clint Camilleri

Ministru għal Għawdex

Byron Camilleri

Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport


Miriam Dalli

Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir


Clyde Caruana

Ministru għall-Finanzi


Clifton Grima

Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Jonathan Attard

Ministru għall-Ippjanar, l-Infrastruttura u x-Xogħol


Jo Etienne Abela

Ministru għat-Turiżmu


Chris Bonett

Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli

Chris Fearne

Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Alison Zerafa Civelli

Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi

Keith Azzopardi Tanti

Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur


Glenn Bedingfield

Ministru għall-Intern u s-Sigurtà

Malcolm Paul Agius Galea

Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali

Omar Farrugia

Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali


Rosianne Cutajar

Ministru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili


Deo Debattista

Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru għas-Saħħa (responsabbli mill-Anzjanità Attiva)


Alicia Bugeja Said

Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali)

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

More Press Releases Right arrow