AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf (RASFF), l-imsemmi prodott li jiġi f'kuntatt mal-ikel m'għandux jintuża minħabba li nstab li waqt l-użu jista' jkun hemm migrazzjoni ta' “Primary Aromatic Amines".
“Primary Aromatic Amines" huma sustanzi kimiċi li jistgħu jemigraw minn oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel lejn l-ikel innifsu. Dawn is-sustanzi jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa.
Il-prodotti mixtrija bejn Marzu 2025 u Mejju 2026 biss huma involuti.
| Deskrizzjoni tal-oġġett: | Kuċċarun |
| Ditta: | Brabantia |
| Kodiċi: | 8 710755 250620 |
| Numri tal-Lott: | 4125 4024 2725 |
| Oriġini: | Iċ-Ċina |


Il-konsumatur m'għandux juza dan l-oġġett u huwa mitlub jew jarmi l-oġġett indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 a.m. u t-3:00 p.m., jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt
Other Press Releases:
PR261925EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261925