Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel Twettaq Valutazzjonijiet Wara Splużjoni f'fabbrika tan-nar

PR260961
Date Icon 02/06/2026


Wara l-isplużjoni f'fabbrika tan-nar, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel bagħtet immedjatament uffiċjali fuq il-post sabiex jivvalutaw is-sitwazzjoni kemm minn perspettiva ta' sigurtà tal-ikel kif ukoll veterinarja, u sabiex jiġi evalwat kull impatt potenzjali fuq l-ikel, l-għalf, il-bhejjem, l-azjendi agrikoli u attivitajiet relatati fiż-żona milquta.

Bħala parti mir-rispons ta' prekawzjoni tagħha, l-Awtorità bdiet il-proċessi neċessarji ta' monitoraġġ u ġbir ta' informazzjoni sabiex tivvaluta kull ħsara u telf li seta' ġarrab is-settur agrikolu. L-Awtorità qed taħdem mill-qrib mal-bdiewa, ir-raħħala, il-produtturi tal-ikel u tal-għalf, u partijiet interessati oħra sabiex tiġi stabbilita l-estent tal-impatt u sabiex tingħata l-gwida meħtieġa fejn ikun hemm bżonn.

L-Awtorità qed tieħu l-miżuri kollha ta' prekawzjoni sabiex tassigura li kwalunkwe ikel, għalf jew prodott agrikolu li seta' ġie espost għal kontaminazzjoni bħala riżultat tal-isplużjoni ma jidħolx fil-katina tal-ikel. L-ispezzjonijiet, il-valutazzjonijiet tar-riskju u kwalunkwe attivitajiet neċessarji ta' teħid ta' kampjuni se jkomplu fil-jiem li ġejjin sabiex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika u s-sigurtà tal-ikel.

Skont ir-responsabbiltajiet tagħha taħt Kapitolu 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, l-Awtorità tibqa' impenjata li tassigura trasparenza u li żżomm lill-pubbliku infurmat dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel.

L-Awtorità tassigura lill-pubbliku li l-protezzjoni tas-sigurtà tal-ikel u s-sigurtà tal-provvista tibqa' l-ogħla prijorità tagħha. Permezz ta' monitoraġġ kontinwu, valutazzjoni xjentifika u kollaborazzjoni mal-awtoritajiet u l-partijiet interessati rilevanti, qed isir kull sforz sabiex l-ikel li jasal għand il-konsumaturi jibqa' sigur.

Aktar aġġornamenti jingħataw hekk kif aktar informazzjoni tkun disponibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

More Press Releases Right arrow