STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – 30 ta’ Mejju, 2026
Trasport għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali s-Sibt, 30 ta’ Mejju, 2026
Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar illi, bil-għan biex tiffaċilita t-trasport tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali sabiex jaslu fil-post tal-votazzjoni assenjati lilhom fil-5.30 am nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt, 30 ta’ Mejju, 2026, b’arranġament ma’ Transport Malta, it-trasport pubbliku ser jitħaddem aktar kmieni mis-soltu f’dak il-jum.
Ir-rotot skedati kollha 1, 2, 3, 4, 13, 14, 16, 21, 22, 24, 31, 35, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 51, 52, 53, 54, 58, 61, 62, 63, 71, 72, 73, 81, 82, 82B, 83, 84, 88, 91, 92, 93, 94 u 122, 205, 207, 207 Kirkop, Pembroke – Naxxar, se jitilqu mill-outstations fl-4.30 am. L-istess rotot jitilqu mill-Belt Valletta fil-5.00 am, flimkien mar-rotta Ċirkewwa – Naxxar.* Għal dan it-trasport ma jintalabx ħlas sakemm il-persuna turi t-Tag tal-Identità bħala Assistent Kummissjonarju Elettorali maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.
Wara li jsir id-depositu tal-kaxex tal-voti u materjal ieħor tal-elezzjoni fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, wara l-10.00 pm, l-Assistenti Kummissjonarji Elettorali jkollhom trasport provdut (ukoll mingħajr ħlas) permezz ta’ minibuses lejn il-lokalitajiet kollha ta’ Malta.
Other Press Releases:
PR261925EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261925