Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR260891
Date Icon 20/05/2026

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara analiżi li saret bħala parti mill-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-istess Awtorità, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bis-Salmonella.

Persuni infettati bis-Salmonella tipikament jiżviluppaw sintomi bejn 12 u 36 siegħa wara l-infezzjoni, iżda dan jista' jvarja minn 6 sa 72 siegħa. L-aktar sintomu komuni huwa d-dijarea, li xi kultant tista' tkun bid-demm. Sintomi oħra jistgħu jinkludu deni, uġigħ ta' ras u wġigħ ta' żaqq. Is-sintomi normalment idumu bejn 4 u 7 ijiem. F'każijiet fejn id-dijarea tkun severa, jista' jkun meħtieġ li l-persuna tiddaħħal l-isptar. L-anzjani, it-trabi u dawk b'sistema immunitarja dgħajfa huma aktar f'riskju li jiżviluppaw sintomi severi.

Deskrizzjoni tal-Prodott:Sagħtar

Ditta:Smart Supermarket
Oriġini:L-Eġittu
Użin: Approx. 50g
Data tad-durabbiltà:30/03/2027
Numru tal-Lott:10 

thyme.png

Il-konsumatur ma għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown+356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 a.m. u t-3:00 p.m., jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow