AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-Prodott fih “Ikel Ġdid" (Novel Food) – Senna Alexandrina Mill li mhuwiex awtorizzat.
“Ikel ġdid" (Novel Food) huwa ikel jew ingredjent tal-ikel li ma ntużax għall-konsum mill-bniedem b'mod sinifikanti fl-Unjoni Ewropea qabel il-15 ta' Mejju 1997 u għalhekk jeħtieġ evalwazzjoni u awtorizzazzjoni bir-reqqa qabel ma jkun jista' jidħol fis-suq tal-UE.
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | Sliming Tea Herb Thai Original | |
| Ditta: | Sliming Herb | |
| Oriġini: | It-Tajlandja | |
| Użin: | 41g | |
| Data tad-durabbiltà: | Id-dati kollha | |
| Numru tal-Lott: | Lottijiet kollha |

Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN