Left arrow Go Back

​ STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – Mejju 2026

pr260793
Date Icon 05/05/2026

Nomini ta' kandidati

Il-Kummissjonarji Elettorali jfakkru li ser jirċievu nomini ta' kandidati onlajn għall-Elezzjoni Ġenerali mill-Ħamis, 7 ta' Mejju fid-9.00 a.m. sat-Tnejn, 11 ta' Mejju, 2026, fis-7.00 p.m. (ħin ta' Malta). Applikazzjonijiet onlajn isiru permezz tal-websajt www.electoral.gov.mt. Hawnhekk tinstab għajnuna kif għandha ssir applikazzjoni onlajn. Kandidati li jagħżlu li ma jħallsux id-depożitu ta' disgħin euro (€90) onlajn iridu jassiguraw li jagħmlu dan bl-idejn sa mhux aktar tard mis-7.00 p.m tal-11 ta' Mejju, 2026.

Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw ukoll li ser jirċievu nomini ta' kandidati fl-uffiċċju tagħhom fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, minn nhar il-Ħamis is-7, il-Ġimgħa t-8, is-Sibt id-9, il-Ħadd l-10 u t-Tnejn il-11 ta' Mejju, 2026, mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m.  u mit-3.00 p.m. sas-7.00 p.m.

Il-kandidati huma avżati li jridu jippreżentaw il-karta tal-identità tagħhom u li l-parti ta' fuq tal-formola tan-nomina għandu jkollha d-dettalji tal-kandidat skont kif jidhru fir-reġistru elettorali ppubblikat fl-1 ta' Mejju, 2026. F'każ li l-formola tan-nomina tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta' mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika u awtentikata minn nutar pubbliku jew Kummissarju tal-Ġuramenti. Ma' kull nomina għandu jsir depożitu ta' €90.

Il-formoli ta' applikazzjoni għan-nomini ta' kandidati jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali mil-lum u matul il-ġranet tan-nomini fil-ħinijiet imsemmija u jistgħu jitniżżlu mill-websajt tal-Kummissjoni Elettorali minn https://electoral.gov.mt/nominations.


Il-kandidati huma infurmati li t-teħid ta' ritratti jew filmati waqt il-proċess tas-sottomissjoni tan-nomini ser ikun ristrett.

Oġġezzjonijiet għan-nomini jintlaqgħu wkoll fl-imsemmi uffiċċju mill-kummissjonarji, fil-ġranet u matul il-ħinijiet speċifikati għan-nomini kif ukoll nhar it-Tlieta t-12 ta' Mejju, 2026, fl-istess ħinijiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow