Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Riżultati finali u allokazzjoni ta’ sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali - Stock tal-Gvern ta’ Malta – April 2026

pr260785
Date Icon 05/05/2026

B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nr. 260731 ippubblikata fl-24 ta' April 2026, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali li jinkludu d-dettalji tas-sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) u l-allokazzjoni f'kull stock.

F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva s-somma totali nominali ta' €893,305,700 minn investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €300,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €200,000,000.

Sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali

Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa t-22 ta' April 2026, it-Teżor irċieva 5,189 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku fiż-żewġ Stocks tal-Gvern ta' Malta li kellhom valur nominali ta' €209,305,700. Kif tħabbar diġà, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel, ġew aċċettati kollha.

Id-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:

Deskrizzjoni tal-istockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2036 (III) bi prezz ta' €100.00 2,65299,334,900
4.10% Stock tal-Gvern ta' Malta 2041 (II) bi prezz ta' €100.002,537109,970,800
Total 5,189209,305,700

Irkant Kompetittiv – Wholesale Investors

Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ġimgħa, l-24 ta' April 2026, it-Teżor irċieva 59 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €684,000,000 li ġew allokati kif ġej: 

Deskrizzjoni tal-istockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2036 (III) bi prezz ta' €100.00 2,65299,334,900
4.10% Stock tal-Gvern ta' Malta 2041 (II) bi prezz ta' €100.002,537109,970,800
Total 5,189209,305,700

*Parti biss mill-offerta mitfugħa bi prezz cut-off ġiet aċċettata.

Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor Ħruġ ta' Stock tal-Gvern ta' Malta – April 2026 - The Department

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow