Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

PR260752
Date Icon 27/04/2026

Illum 27 ta’ April 2026 fis-7:30 ta’ filgħaxija il-President ta’ Malta l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono rċeviet lill-Onorevoli Dott. Robert Abela Prim Ministru ta’ Malta.

Il-President, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha bl-Artikolu 76, subartikolu (1) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, u wkoll skont is-subartikolu ħamsa tal-istess Artikolu 76, fejn jgħid illi ‘fl-eżerċizzju tas-setgħet tiegħu skont dan l-artikolu l-President għandu jaġixxi skont il-Parir tal-Prim Ministru’, il-President ta’ Malta tavża u tipproklama illi l-Parlament ta’ Malta jkun xolt u ġie xolt illum 27 ta’ April 2026.

Il-President ta’ Malta, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha bl-Artikolu 77 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta taġixxi skont il-Parir mogħti lilha mill-Prim Ministru, u tipproklama ill d-data tas-Sibt 30 ta’ Mejju 2026 hija l-ġurnata meta għandha tinżamm Elezzjoni Ġenerali tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati.

Il-President ta’ Malta llum ukoll irċeviet fil-Palazz ta’ San Anton lis-Sur Joseph Camilleri, Kummissjunarju Elettorali Prinċipali u permezz ta’ Writ a terminu tal-Artikolu 44 subartikolu (1) tal-Att tal-1991 dwar Elezzjonijiet Ġenerali, Kapitolu 354 tal-Liġijiet ta’ Malta, tat avviż u nkarigat lill-Kumissjunarju Elettorali Prinċipali s-Sur Joseph Camilleri, u lis-Sa. Melianie Azzopardi, lid-Dott. Veronique Dalli, lis-Sur Richard Dimech, lid-Dott. Dianne Galea, lid-Dott. Ian Micallef, lis-Sa. Maria sive Marion Portelli, lis-Sur Salvu Sant, lid-Dott. Victor Scerri, lis-Sur Angelito Sciberras, lis-Sur Joseph Scicluna, bħala Kummissjunarji Elettorali, sabiex jaraw li ssir elezzjoni ta’ Membri tal-Kamra tad-Deputati skont il-liġi, għall-Ewwel, it-Tieni, it-Tielet, ir-Raba’, il-Ħames, is-Sitt, is-Seba’ it-Tmien, id-Disa’, l-Għaxar, il-Ħdax, it-Tnax u t-Tlettax id-Distrett Elettorali.

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati ġie wkoll illum infurmat b’dawn l-iżviluppi.

Illum it-Tnejn 27 ta’ April 2026

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow