Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-INKLUŻJONI, L-ISPORT, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Impenn favur is-saħħa mentali tat-tfal

pr260746
Date Icon 27/04/2026

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jaħdem fuq iċ-Children's Policy Framework 2024-2030. Dan bil-għan li jkompli jissaħħaħ l-investiment fis-saħħa mentali tat-tfal u ż-żgħażagħ. 

Din l-inizjattiva tirrifletti impenn ċar illi t-tfal jinstemgħu, illi jifhmu r-realtajiet tagħhom u jirrispondu b'mod f'waqtu u responsabbli biex jappoġġjaw is-saħħa mentali tagħhom u l-benesseri ġenerali tagħhom. Huwa proprju f'dan l-ispirtu li għaddej studju nazzjonali sabiex jifhem aħjar l-isfidi ta' saħħa mentali li jiffaċċjaw it-tfal.

Bħala parti minn dan il-proġett, kien introdott QT Robot, fl-iskola primarja ta' San Ġwann, bidu ta' proġett pilota li se jkompli jinfirex madwar pajjiżna. Dan ir-Robot se jservi ta' mascot u ambaxxatur tas-saħħa mentali tat-tfal u se jkun qed jagħmel preżentazzjonijiet interattivi dwar l-importanza tas-saħħa mentali.

Nhar it-Tnejn filgħodu saret żjara mill-Ministru Michael Falzon u Clifton Grima, fejn tkellmu mat-tfal u anke spjegaw l-importanza tas-saħħa mentali, l-empatija u s-sapport bejn it-tfal infushom.

Il-Ministru Michael Falzon spjega li l-QT Robot bl-ebda mod ma jissostitwixxi l-interazzjoni umana, u mhux se jkun qed jagħmel dijanjosi jew jipprovdi counselling. “Illum qed inniedu l-ewwel verżjoni tal-mental health toolkit, li se jkun qed jiggwida d-diskussjonijiet fix-xhur li ġejjin bil-għan li, permezz tal-kontribut tat-tfal u tal-professjonisti, naslu għal verżjoni finali u komprensiva tal-Mental Health Toolkit," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Il-Ministru Clifton Grima stqarr, “Is-saħħa mentali tat-tfal hija pedament kruċjali għall-iżvilupp tagħhom, u għalhekk irridu nkomplu ninvestu f'ambjenti edukattivi li jrawmu l-benesseri, l-empatija u r-reżiljenza. Dan il-proġett huwa pass importanti biex, flimkien mat-tfal u l-edukaturi, nibnu sistema li tassew tifhem u tappoġġja l-ħtiġijiet tagħhom."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-INKLUŻJONI, L-ISPORT, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Impenn favur is-saħħa mentali tat-tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-INKLUŻJONI, L-ISPORT, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Impenn favur is-saħħa mentali tat-tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-INKLUŻJONI, L-ISPORT, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Impenn favur is-saħħa mentali tat-tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-INKLUŻJONI, L-ISPORT, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Impenn favur is-saħħa mentali tat-tfal
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow