Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Iffirmat ftehim għall-manutenzjoni tal-Pjazza prinċipali tal-Imqabba

pr260729
Date Icon 24/04/2026

Se jsir ukoll dawl arkitettoniku ġdid għall-kappella ta' Santa Katerina fl-Imqabba

Ġie ffirmat ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsill Lokali tal-Imqabba, li jsegwi t-tlestija b'suċċess tax-xogħlijiet ta' tiswija tal-Pjazza prinċipali tal-Imqabba. Dan il-ftehim se jkun ifisser li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ser ikun responsabbli mill-manutenzjoni kontinwa ta' din il-pjazza għal perjodu ta' għaxar snin, sabiex jiġi żgurat li l-investiment li sar jinżamm f'kundizzjoni tajba u jservi lill-komunità bl-aħjar mod possibbli.

Barra minn hekk, ġie ffirmat ftehim separat bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Parroċċa tal-Imqabba, liema ftehim jikkonċerna l-implimentazzjoni ta' sistema ġdida ta' dawl arkitettoniku mal-Kappella ta' Santa Katerina, li għandha valur storiku u kulturali sinifikanti għal-lokalità. Dan għandu l-għan li jtejjeb il-preżenza viżiva tal-kappella permezz ta' dawl estern iddisinjat b'attenzjoni li jenfasizza l-karatteristiċi arkitettoniċi tagħha.

Il-proġett tar-rinnovar tal-Pjazza prinċipali tal-Imqabba ffoka fuq it-tisħiħ u t-titjib tal-paviment eżistenti tal-lava, ġie mnaddaf u reġa' tqiegħed b'mod aktar stabbli, filwaqt li ġiet imtejba s-sottostruttura u l-ġonot. Ix-xogħol sar f'diversi fażijiet biex jitnaqqas l-inkonvenjent, u wassal għal spazju aktar sigur.

Ix-xogħlijiet fil-Kappella ta' Santa Katarina se jinkludu l-installazzjoni ta' sistema ta' dawl moderna u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, iddisinjata biex tirrispetta l-istorja tal-binja filwaqt li ttejjeb id-dehra ġenerali tagħha. Is-sistema se tippermetti kontroll ta' kull fitting tad-dawl individwali, inkluż dimming u l-issettjar ta' xeni differenti tad-dawl, permezz ta' interface fuq tablet. Se tingħata attenzjoni partikolari biex l-installazzjoni ma tikkawżax ħsara lill-istruttura, kif ukoll se tippermetti xeni u effetti viżivi differenti, biex il-kappella tkun tista' tiġi mdawla b'mod adattat għal diversi okkażjonijiet.

Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia qal li kif kienet ingħatat il-kelma li sal-aħħar ta' April jitlestew ix-xogħlijiet fil-Pjazza tal-Imqabba, dik il-kelma inżammet. “Apparti minn hekk qed inħarsu lejn l-għaxar snin li ġejjin fejn flimkien mal-Kunsill Lokali ffirmajna ftehim sabiex il-manutenzjoni ssir b'mod regolari biex din il-Pjazza tibqa' titgawda bl-aħjar mod possibbli. Iffirmajna wkoll ftehim ieħor li t-tender tiegħu huwa diġà maħruġ, dak tad-dawl arkitettoniku fil-Kappella ta' Santa Katarina. Dawn iż-żewġ proġetti se jkunu qed isebbħu din il-ġawhra mill-isbaħ għall-Imqabbin."

Is-Sindku tal-Imqabba Grace Marie Zerafa qalet kif wara x-xogħlijiet li għadhom kemm tlestew fil-Pjazza tal-Imqabba llum ġie ssiġillat ftehim bejn il-Kunsill Lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi li se jkun qed jgħodd għall-għaxar snin li ġejjin. Dan il-ftehim se jkompli jservi bħala għajnuna lill-Kunsill Lokali biex din il-Pjazza tinżamm fl-aħjar stat possibbli u titgawda minn dawk li jiffrekwentaw l-akkwata, speċjalment ir-residenti.

Il-Kappillan tal-Parroċċa tal-Imqabba Fr Blake Camilleri rringrazzja lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għax-xogħol li se jibda dalwaqt fuq id-dwal minn barra tal-Kappella ta' Santa Katarina sabiex tibda titgawda aħjar fl-istil tagħha u se ssaħħaħ il-kappella bħala assi ta' wirt kulturali.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Iffirmat ftehim għall-manutenzjoni tal-Pjazza prinċipali tal-Imqabba
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Iffirmat ftehim għall-manutenzjoni tal-Pjazza prinċipali tal-Imqabba
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Iffirmat ftehim għall-manutenzjoni tal-Pjazza prinċipali tal-Imqabba
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow