Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA' MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR

PR260716
Date Icon 24/04/2026


Bħala parti mill-attivitajiet kontinwi tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (l-MCCAA) biex tissorvelja s-sigurtà tal-prodotti disponibbli fuq is-suq Malti, l-Awtorità tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar il-perikli assoċjati ma' ġugarell li fih ir-ramel, Pufferz Puffer figure sand toy, bid-dettalji hawn taħt.

Ditta–Toi-Toys
Isem –Pufferz Puffer figure sand toy – stretchable 33 cm 264 g, 6 ass
Tip / numru tal-mudell – 35886Z
Barcode – 8714627012316

Dan il-prodott qed jiġi rtirat mis-suq minħabba l-preżenza ta' asbestos fir-ramel ġewwa l-ġugarell, li jista' jigi espost lit-tfal jekk il-gugarell jitqatta'. L-esponiment għall-asbestos huwa marbut ma' mard respiratorju serju fit-tul, u anke esponiment minimu jista' joħloq riskji għas-saħħa. Għaldaqstant, id-Diviżjoni għar-Regolamenti Tekniċi (TRD) fi ħdan l-MCCAA ħadet il-proċeduri xierqa biex tiżgura li dan il-prodott jitneħħa mis-suq lokali b'effett immedjat.


Il-konsumaturi li xtraw il-prodott imsemmi hawn fuq għandhom jieqfu jużawh u, fejn hu possibbli, jirritornawh lill-bejjiegħ minn fejn inxtara. Il-bejjiegħa huma obbligati jipprovdu rimedju lill-konsumaturi.

Il-konsumaturi huma dejjem imfakkra biex jiċċekkjaw il-pjattaforma Safety Gate qabel jixtru xi prodott, sabiex jivverifikaw jekk prodott li jkunu se jixtru ġiex elenkat bħala perikoluż: https://ec.europa.eu/safety-gate-alerts/screen/webReport

Għal mistoqsijiet relatati mal-prodott li qed jiġi rtirat, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt.


Għal mistoqsijiet relatati mar-rimedji disponibbli għall-konsumaturi li xtraw il-prodott rtirat, jekk jogħġbok ikkuntattja l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fuq consumer.rights@mccaa.org.mt.

Ritratt: MCCAA

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA' MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow