Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR260663
Date Icon 20/04/2026

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieviet mingħand l-operatur involut, il-prodott imsemmi ma għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bil-Listeria monocytogenes.

Is-sintomi tal-infezzjoni bil-Listeria monocytogenes jistgħu jinkludu sintomi ħfief simili għall-influwenza, jew sintomi gastrointestinali bħal dardir, rimettar u dijarea. F'każijiet rari, l-infezzjoni tista' tkun aktar severa, u tikkawża kumplikazzjonijiet serji. Xi nies huma aktar vulnerabbli għall-infezzjonijiet bil-Listeria monocytogenes, inklużi nisa tqal, trabi, u nies b'sistema immunitarja baxxa, inklużi l-anzjani. Il-perjodu ta' inkubazzjoni (iż-żmien bejn l-infezzjoni inizjali u l-ewwel sintomi li jidhru) huwa ta' medja ta' 3 ġimgħat iżda jista' jvarja bejn 3 u 70 jum.

Prodott:“Salmone Affumicato Norvegese con pistacchio"
Ditta:Deluxe
Numru tal-lott:LC22606501
Użin:100g
Data ta' durabbiltà minima:21/04/2026
673034271_2410805309393175_4788781618666986847_n.png
673867847_3064437563946063_7314258983555424411_n.png




Il-konsumatur ma għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow