Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Ftehimiet ġodda jsaħħu l-investiment fl-innovazzjoni u l-preservazzjoni tas-settur agrikolu

pr260655
Date Icon 18/04/2026

 Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali ħabbar investiment importanti fis-settur agrikolu permezz tal-iffirmar ta’ ftehimiet relatati ma’ proġetti strateġiċi li jiffukaw fuq l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-preservazzjoni tal-wirt agrikolu Malti.

Fost dawn, jispikka l-proġett MOBAC, inizjattiva li għandha l-għan li tħares u tippreserva razez indiġeni Maltin, fosthom il-baqar Maltin, in-nagħaġ, il-mogħoż u t-tiġieġ lokali. Dan il-proġett mhux biss jikkontribwixxi għall-ħarsien tal-wirt nazzjonali, iżda jinkludi wkoll komponent qawwi ta’ riċerka u innovazzjoni permezz tal-użu ta’ tekniki bijoteknoloġiċi avvanzati, bħal testijiet ġenetiċi u cryopreservation.

Dan l-approċċ se jippermetti li jiġu identifikati karatteristiċi uniċi f’dawn ir-razez li jistgħu jkollhom valur ekonomiku u xjentifiku sinifikanti, filwaqt li jikkontribwixxi għal sistemi alimentari aktar reżiljenti u sostenibbli, b’inqas dipendenza fuq importazzjoni u opportunitajiet ġodda għall-esportazzjoni.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo qal li dawn il-proġetti huma eżempju ċar tal-viżjoni tal-Gvern biex jibni settur agrikolu modern li jgħaqqad it-tradizzjoni mal-innovazzjoni. Huwa sostna li l-preservazzjoni tar-razez lokali hija investiment dirett fil-futur tas-settur u parti integrali mill-istrateġija nazzjonali għas-sigurtà tal-ikel u s-sostenibbiltà.

Il-Ministru Refalo żied li dawn l-inizjattivi qed joħolqu opportunitajiet ekonomiċi ġodda għall-bdiewa, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ u n-nisa, filwaqt li jsaħħu l-kompetittività tas-settur agrikolu Malti.

Barra minn hekk, ġie mħabbar ukoll proġett ieħor relatat mat-tissue culture, li se jsaħħaħ b’mod sostanzjali l-infrastruttura tad-Direttorat ta’ Riċerka u Konsulenza. Dan il-proġett jinkludi titjib fil-laboratorju tal-mikropropagazzjoni u fl-iscreenhouses ancillary, kif ukoll investiment ta’ madwar €890,000 f’tagħmir modern u teknoloġikament avvanzat, iffinanzjat minn fondi Ewropej.

Dan l-investiment se jservi bħala pedament għall-iżvilupp u t-tnissil ta’ razez lokali ta’ siġar tal-frott u dwieli ċċertifikati, filwaqt li jsaħħaħ ir-riċerka fuq l-awtentiċità u l-oriġini tal-għelejjel lokali.

Il-Ministru Refalo enfasizza wkoll li l-investiment qed jinkludi taħriġ speċjalizzat għall-impjegati, sabiex jissaħħu l-ħiliet u l-kapaċitajiet meħtieġa biex titmexxa ’l quddiem riċerka ta’ livell għoli.

Il-Ministru temm jgħid li dawn iż-żewġ proġetti jirriflettu impenn ċar lejn settur agrikolu aktar sostenibbli, innovattiv u kompetittiv, filwaqt li jkomplu jsaħħu l-valur tal-produzzjoni lokali u jħarsu l-wirt agrikolu Malti għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi qal li dan l-investiment, kofinanzjat minn fondi Ewropej, juri kif Malta qed tuża b’mod effettiv ir-riżorsi disponibbli biex issaħħaħ setturi strateġiċi bħall-agrikoltura. Huwa enfasizza li dawn il-proġetti mhux biss jippromwovu l-innovazzjoni u r-riċerka, iżda wkoll joħolqu valur miżjud għall-ekonomija u jsaħħu r-reżiljenza tas-settur agrikolu Malti għall-isfidi tal-futur.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Ftehimiet ġodda jsaħħu l-investiment fl-innovazzjoni u l-preservazzjoni tas-settur agrikolu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Ftehimiet ġodda jsaħħu l-investiment fl-innovazzjoni u l-preservazzjoni tas-settur agrikolu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Ftehimiet ġodda jsaħħu l-investiment fl-innovazzjoni u l-preservazzjoni tas-settur agrikolu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow