Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Tissaħħaħ il-kollaborazzjoni YOU Matter li tippromwovi s-saħħa mentali fl-isport

pr260635
Date Icon 16/04/2026

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u l-President tal-Malta Football Association (MFA) Bjorn Vassallo ħabbru li ġiet estiża l-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u l-MFA għall-inizjattiva YOU Matter li tippromwovi s-saħħa mentali fl-isport.

Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, fil-logħba li jmiss tal-futbol tat-tim nazzjonali tan-nisa, kif ukoll waqt is-semi-finali u l-finali tat-tazza lokali tal-futbol tan-nisa ser jiġi promoss aktar għarfien favur is-saħħa mentali.

Il-Ministru Jo Etienne Abela esprima s-sodisfazzjoni li għal darb’oħra, permezz tal-football, qed issir din il-kollaborazzjoni fejn qed ikomplu jippromwovu miżuri favur il-ħarsien tas-saħħa mentali. Dr Abela tenna kif bis-saħħa ta’ din il-kollaborazzjoni, mhux biss qed jaraw li aktar individwi jagħmlu l-kors tal-Mental Health First Aid, imma li l-plejers ukoll ikunu ambaxxaturi tas-saħħa mentali għal min għandu bżonn l-għajnuna.

“Importanti li nkomplu nfakkru fin-numru 1579 fejn persuni li jiffaċċjaw sfidi ta’ saħħa mentali jistgħu jsibu għajnuna 24/7. Kommessi li flimkien inkomplu naħdmu kemm mal-MFA kif ukoll m’oqsma sportivi oħra favur kampanji tas-saħħa li minnhom jibbenefikaw il-Maltin u l-Għawdxin,” temm jgħid Dr Abela.

Min-naħa tiegħu, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li, “Huwa ta’ pjaċir għalina li nwettqu din il-kollaborazzjoni mal-Ministeru tas-Saħħa, anke fid-dawl tal-fatt li l-isport huwa importanti biex inaqqas l-ansjetà, l-istress u d-dipressjoni, u saħansitra jsaħħaħ l-istima personali. Għaldaqstant, il-fatt li qed inwettqu din il-kampanja flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa fil-futbol femminili huwa tassew pożittiv. Il-Malta Football Association dejjem se tibqa’ impenjata sabiex twassal messaġġ pożittiv u ċar, u biex tiżgura li l-informazzjoni u s-servizzi eżistenti dwar dan l-aspett ikunu esposti kemm jista’ jkun, sabiex kampanji bħal dawn jilħqu lin-nies f’pajjiżna.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Tissaħħaħ il-kollaborazzjoni YOU Matter li tippromwovi s-saħħa mentali fl-isport
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Tissaħħaħ il-kollaborazzjoni YOU Matter li tippromwovi s-saħħa mentali fl-isport
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Tissaħħaħ il-kollaborazzjoni YOU Matter li tippromwovi s-saħħa mentali fl-isport
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow