Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aktar investiment infrastrutturali fl-iskejjel; rinnovata s-sala fil-Kulleġġ San Tumas More – ALP Paola

pr260620
Date Icon 15/04/2026

Ir-rinnovar tas-sala fil-Kulleġġ San Tumas More – ALP (Alternative Learning Programme), Paola jirrappreżenta investiment sinifikanti fl-infrastruttura tal-iskola biex tilħaq standards moderni. L-investiment ta’ aktar minn €1 miljun, sar f’xogħol ippjanat u mwettaq b’attenzjoni biex is-sala nbidlet fi spazju multifunzjonali adattat għall-użu edukattiv, kulturali u tal-komunità. 

“Qed inkomplu nwettqu l-proġetti ta’ titjib fl-infrastruttura edukattiva b’investiment li qed iwassal mhux biss għal skejjel ġodda, imma qed ngħollu l-livell tal-ispazji edukattivi biex inkomplu naddattawhom għall-bżonnijiet edukattivi tal-lum,” spjega l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, meta dalgħodu żar il-proġett. “Dan huwa proġett ieħor li permezz tiegħu qed nagħtu sala ġdida lil din l-istituzzjoni edukattiva, li minnha se jgawdu l-istudenti kif ukoll l-edukaturi tagħhom.”

Permezz tal-investiment li sar, fis-sala sar tisħiħ strutturali u modernizzazzjoni kemm tal-ispazji interni u tal-madwar, ġiet installata sistema ta’ sound kompletament ġdida u sistemi ta’ trattament avvanzat għall-akustika. B’hekk issa s-sala tista’ tintuża aħjar anki għal wirjiet mużikali, produzzjonijiet teatrali u preżentazzjonijiet multimedjali.

Titjib ieħor importanti kien l-installazzjoni ta’ sistema sħiħa tal-arja kundizzjonata, minħabba li s-sala qabel qatt ma kellha l-ebda forma ta’ kontroll tal-klima, ġiet aġġornata kompletament is-sistema tad-dawl, inkluż l-installazzjoni ta’ dawl professjonali għall-palk u dwal LED effiċjenti fl-enerġija li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija.

Il-modernizzazzjoni tal-faċilità tinkludi wkoll l-istallazzjoni ta’ ħajt cyclorama flimkien ma’ sistema ta’ proġezzjoni ta’ livell għoli li tuża l-aktar teknoloġija riċenti, biex jippermetti li s-sala tappoġġja preżentazzjonijiet viżivi ta’ kwalità għolja. Ingħatat attenzjoni partikolari wkoll fuq wara tal-palk li ġie ddisinjat mill-ġdid biex joffri spazju aktar adegwat għall-istudenti waqt wirjiet u attivitajiet. Dan jinkludi kmamar tal-bdil aktar spazjużi u faċilitajiet sanitarji moderni.

L-entratura wkoll ġiet modernizzata u kien introdott ħajt dekorattiv aħdar li jġib element naturali fl-ispazju. Fil-qrib tas-sala, il-bitħa interna ġiet irranġata b’mod estensiv. Il-faċċata tal-iskola wkoll ingħatat dehra ġdida, bi mmodernizzar tal-aperturi kollha u restawr taċ-ċint tal-metall. Ġiet ittrasformata wkoll iż-żona ta’ barra quddiem l-iskola.

“Dan huwa xogħol professjonali li sar mill-ħaddiema tal-id fi ħdan il-Ministeru. Nirringrazzjahom tax-xogħol li wettqu mhux biss f’dan il-proġett, imma wkoll li jwettqu fl-iskejjel kollha matul is-sena, speċjalment issa li dieħel l-istaġun tas-sajf. Se nkomplu għaddejjin bl-investiment tagħna, għaliex nemmnu li l-ambjent edukattiv huwa importanti għall-benesseri kemm tal-edukaturi kif ukoll tal-istudenti tagħna,” qal il-Ministru Grima.

Fiż-żjara tiegħu l-Ministru Grima kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Matthew Vella, il-Prinċipal tal-Kulleġġ George Psaila u l-Kap tal-Iskola Josette Spiteri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aktar investiment infrastrutturali fl-iskejjel; rinnovata s-sala fil-Kulleġġ San Tumas More – ALP Paola
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aktar investiment infrastrutturali fl-iskejjel; rinnovata s-sala fil-Kulleġġ San Tumas More – ALP Paola
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aktar investiment infrastrutturali fl-iskejjel; rinnovata s-sala fil-Kulleġġ San Tumas More – ALP Paola
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow