AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara analiżi li saret bħala parti mill-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-istess Awtorità, m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih il-pestiċida, Haloxyfop.
Dan il-pestiċida mhuwiex awtorizzat għall-użu fi prodotti tal-ikel li jinbiegħu fl-UE. Għalkemm il-konsum ta' prodott ikkontaminat ma jikkawżax riskju immedjat għas-saħħa, konsum fit-tul tal-Haloxyfop jista' jwassal għall-problemi ta' saħħa. Għalhekk, huwa importanti li l-ammont ta' din is-sustanza li tista' tidħol fil-ġisem jitnaqqas kemm jista' jkun.
| Prodott: | Fażola Mnixxfa (Fagioli Borlotti) |
| Ditta: | Bonta Dell' Orto |
| Użin: | 500g |
| Numru tal-lott | 2523703 |
| Data tad-durabbiltà: | 28-02-2027 |



Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' wara nofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN