Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Investiment f’MRI ġdid fl-Isptar San Vinċenz de Paul

pr260578
Date Icon 09/04/2026

Ġie inawgurat MRI ġdid f'San Vinċenz de Paul, b'investiment ta' madwar €1.8 miljun kofinanzjat minn fondi Ewropej. Għall-inawgurazzjoni attendew il-Ministru Jo Etienne Abela, il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea.

Ġie spjegat kif dan l-investiment fl-MRI 1.5T, tirrappreżenta qabża importanti fil-kwalità tas-servizzi offruti, peress li tippermetti eżamijiet aktar kumplessi b'livell għoli ta' preċiżjoni. Dan se jwassal għal dijanjosi aħjar u kura aktar effettiva għall-pazjenti. Tħabbar li s-servizz tal-MRI se jibda jopera mill-ġimgħa d-dieħla, pass importanti ieħor lejn sistema tas-saħħa aktar moderna, effiċjenti u ċċentrata fuq il-pazjent. Sar ukoll investiment fir-riżorsi uman b'erba' radjografi ġodda li ngħaqdu ma' San Vinċenz de Paul sabiex jappoġġjaw is-servizz estiż.

Is-servizz tal-MRI se jkun disponibbli kemm għar-residenti kif ukoll għal pazjenti ta' 60 sena jew aktar, bħala parti minn strateġija biex titnaqqas il-pressjoni fuq l-Isptar Mater Dei u jnaqqsu l-ħinijiet ta' stennija.

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela spjega kif il-Gvern qed ikompli jinvesti fis-settur tas-saħħa permezz ta' investiment kapitali li jaqbeż il-ħames miljun ewro fid-Diagnostic Imaging Unit f'San Vinċenz. Fosthom il-kullana ta' servizzi li ġew introdotti fl-aħħar snin f'tagħmir modern u avvanzat tal-magni portabbli tal-immaġini, magna tal-Bone Density, units tal-ultrasound, CT scanner tal-ogħla livell u MRI ġdid. Qal kif permezz ta' dan l-investiment tal-lum ser jibbenefikaw madwar 5,000 persuna fl-ewwel sena.

“Illum qed naraw wegħda oħra titwettaq u pass importanti ieħor għas-saħħa u l-anzjanità f'pajjiżna bl-introduzzjoni tas-sitt magna tal-MRI. Il-Gvern jibqa' impenjat li jkompli jinvesti fis-servizzi tas-saħħa għall-ġid tal-poplu Għawdxi u Malti," temm jgħid Dr Abela.

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, qal kif dan il-proġett kofinanzjat minn fondi Ewropej, juri b'mod ċar kif qed ikomplu jsaħħu s-servizzi tas-saħħa f'pajjiżna b'mod prattiku u effettiv. “Permezz ta' tagħmir modern u teknoloġija avvanzata, mhux biss qed intejbu l-kwalità tas-servizz, iżda wkoll qed innaqqsu l-ħinijiet ta' stennija u nżidu l-effiċjenza. Dawn huma investimenti li jkomplu jibnu sistema tas-saħħa aktar reżiljenti u ppreparata għall-bżonnijiet tal-lum u tal-futur," temm jgħid il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, wera l-apprezzament tiegħu għal kull min kien involut biex dan il-pass sinifikanti jsir realtà, sabiex issa jista' jħalli l-frott f'termini ta' servizz eqreb u aktar konvenjenti għall-persuni anzjani.

“San Vinċenz de Paul kompla għaddej b'ħidma kontinwa sabiex jimraħ u jespandi l-operat biex l-anzjani fil-komunità jkunu moqdija b'mod mill-aktar eċċezzjonali. Jekk inħarsu biss lejn l-2026, San Vinċenz de Paul nieda wkoll Renal Unit u espanda l-binja relatata mal-farmaċija, fl-istess waqt li qed jaslu fi tmiemhom ix-xogħlijiet fuq sala psikoġerjatrika li għandha tibda' topera mill-bidu ta' Mejju," tenna s-Segretarju Parlamentari Agius Galea.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Investiment f’MRI ġdid fl-Isptar San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Investiment f’MRI ġdid fl-Isptar San Vinċenz de Paul
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow