Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Iktar impenn favur persuni li qed jaħdmu biex joħorġu mill-vizzji

PR260571
Date Icon 08/04/2026

Il-Gvern kompla jinvesti u jsaħħaħ il-qasam tar-riabilitazzjoni mill-vizzji tad-droga u l-alkoħol, bil-għan li jilħaq aktar persuni li jixtiequ jibdlu d-direzzjoni ta' ħajjithom.

L-investiment u s-servizz li jingħata f'pajjiżna huwa b'xejn, u dan jagħmel lil pajjiżna f'pożizzjoni unika meta kkumparat ma' pajjiżi oħra fejn dawn is-servizzi jingħata biss bi ħlas.

Kontinwament, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal jinvesti fis-Sedqa, il-Caritas  u l-OASI sabiex jingħata trattament u riabilitazzjoni.

Illum ġie ssiġillat ftehim soċjali ieħor mal-Fondazzjoni OASI f'Għawdex, li bħalissa tilqa' mat-12-il resident li qed jagħmlu programm ta' riabilitazzjoni. Il-ftehim ffirmat jilħaq it-€2.3 miljun fuq tliet snin, żieda ta' kważi 20% fuq il-ftehim ta' qablu.

Dan il-ftehim ikompli jibni fuq ta' qablu u jkopri tliet servizzi ta' programm residenzjali, terapija komunitarja u għajnuna għal wara it-trattament (aftercare) filwaqt li tkompli ssaħħaħ l-element ta' prevenzjoni.

Il-Ministru Michael Falzon appella sabiex min għaddej minn sfidi ta' vizzji, ifittex l-għajnuna u jinvesti fih innifsu għaliex verament jeżistu servizzi li kapaċi jerġgħu jgħinu lil dak l-individwu jqum fuq saqajh. “Matul l-aħħar snin li mexxejt dan il-Ministeru, stajt inħoss l-uġigħ, il-piż u l-qtugħ il-qalb ta' vittmi tal-vizzji, li magħhom jegħrqu dawk l-aktar qrib tagħhom. Rajt ukoll stejjer ta' suċċessi fejn persuni reġgħu sabu ħajjithom mill-ġdid, bnew familja u anke negozji personali," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-OASI, Noel Scerri faħħar l-impenn tal-Gvern f'dan il-qasam, sabiex servizzi bħal dawn jistgħu jkunu possibbli. Huwa tkellem dwar il-bżonn ta' sostenn fit-tul ta' programmi ta' riabilitazzjoni li eventwalment jservu ta' pedament u l-ewwel tarġa għal dik il-persuna li tkun qed terġa' ssib u tibni ħajjitha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Iktar impenn favur persuni li qed jaħdmu biex joħorġu mill-vizzji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Iktar impenn favur persuni li qed jaħdmu biex joħorġu mill-vizzji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow