STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jibdew ix-xogħlijiet fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur
Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li bdew ix-xogħlijiet infrastrutturali fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur. Din it-triq hija parti minn proġett usa' fejn kullana ta' toroq se jsirulhom ix-xogħlijiet bil-għan li tittejjeb il-kwalità u s-sigurtà tat-toroq f'Għawdex. Ix-xogħlijiet ser jsiru fit-toroq li ġejjin: Triq it-Tigrija, Triq il-Qala, Triq San Blas, in-Nadur u Triq il-Qala, Triq San Ġużepp, Triq l-Isqof Mikiel Buttigieg, il-Qala.
Il-Ministru Camilleri stqarr li, “Dan il-proġett se jkopri medda ta' madwar 18,790 metru kwadru u jinkludi diversi interventi importanti, fosthom il-bini mill-ġdid tal-istruttura tat-triq, tarmak ġdid, titjib tal-bankini, titjib fis-sistema tad-drenaġġ u tal-ilma, titjib u introduzzjoni ta' kanali għall-ilma tax-xita, sinjali tat-toroq u marki ġodda fuq il-wiċċ tat-triq."
Il-Ministru Clint Camilleri temm billi rringrazzja lil kulħadd tal-koperazzjoni u tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti f'infrastruttura moderna u sostenibbli f'Għawdex, filwaqt li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti u jsaħħaħ is-sigurtà fit-toroq.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN