Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR260552
Date Icon 03/04/2026

B’referenza għall-Istqarrija PR260134 ppubblikata fis-27 ta' Jannar 2026, u skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku b’informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-Prodott ma għandux jintuża minħabba l-migrazzjoni ta’ livelli għoljin ta’ ċomb u kadmju (metalli) meta jiġu f’kuntatt mal-ikel.

Livelli għoljin ta’ dawn il-metalli li jaqbżu l-limiti permissibbli jpoġġu riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-konsumaturi.

Deskrizzjoni tal-Prodott: Kodiċi tal-prodott: Volum: Numru tal-lott

Stampa

Tazza tax-xorb tal-ħġieġ (bi stampi tal-qara ħamra) 3057450 220ml Il-lottijiet kollha, mibjugħa minn Awwissu 2024 ’l hawn

Tazza tax-xorb tal-ħġieġ (bi stampi tal-larinġ) 3062993 220ml Il-lottijiet kollha, mibjugħa minn Mejju 2025 ’l hawn

Tazza tax-xorb tal-ħġieġ (bi stampi ta’ qlub ħomor żgħar) 

3052986 220ml Il-lottijiet kollha, mibjugħa minn Jannar 2024 ’l hawn

Tazza tax-xorb tal-ħġieġ (bi stampi tal-frawli)

3053912 220ml Il-lottijiet kollha, mibjugħa minn Frar 2024 ’l hawn

Tazza tax-xorb tal-ħġieġ (bi stampi ta’ lumi sofor) 3055350 220ml Il-lottijiet kollha, mibjugħa minn Mejju 2024 ’l hawn

Il-konsumatur m’għandux juża dan il-prodott.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta’ filgħodu u t-3:00 ta’ wara nofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow