Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Numru ta’ impjiegi salvati b’investiment ġdid minn kumpanija internazzjonali tal-avjazzjoni

PR260543
Date Icon 01/04/2026

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, ħabbar investiment dirett barrani minn International Aerospace Coatings (IAC) fis-Safi Aviation Park.

L-IAC hija waħda mill-akbar u l-aktar operaturi stabbiliti f’dan il-qasam fuq livell internazzjonali, se tkun qed tinvesti f’pajjiżna biex tkun faċilità tal-ogħla livell dinji fuq disinn u żebgħa fuq l-ajruplani.

Permezz ta’ dan il-ftehim importanti, IAC se tieħu f’idejha l-ħaddiema ta’ Aviation Cosmetics f’Malta, impenn strateġiku sostnut b’kirja fit-tul.

Dan il-ftehim iġib stabbiltà immedjata għall-ħaddiema. It-transizzjoni tiżgura li t-58 ħaddiem kollha li qabel kienu impjegati ma’ Malta Aviation Cosmetics, u li s-salarji dovuti tagħhom diġà tħallsu kompletament, se jiġu trasferiti għand l-operatur il-ġdid. Dan jiggarantixxi kontinwità fl-impjieg u jissalvagwardja l-għajxien tagħhom.

Meta indirizza din it-tnedija, il-Ministru Silvio Schembri enfasizza l-approċċ proattiv tal-Gvern biex jipproteġi lill-ħaddiema u jattira Investiment Dirett Barrani ta’ valur għoli, filwaqt li nnota li dan jimxi id f’id mal-Viżjoni Malta 2050 biex jinbena futur ibbażat fuq il-kwalità, ir-reżiljenza u t-tkabbir strateġiku.

“L-għan tagħna kien li nbiddlu sfida f’opportunità. Wegħedna li nkunu mal-ħaddiema u llum qed inżommu l-kelma tagħna. Meta ffaċċjajna d-diffikultajiet marbuta mal-operatur preċedenti, il-prijorità ewlenija tagħna kienet li nipproteġu lill-ħaddiema. Assigurajna li s-salarji kollha dovuti jitħallsu, u llum l-impjiegi tagħhom huma wkoll assigurati permezz ta’ dan l-investiment ġdid. Il-fatt li kumpanija internazzjonali ewlenija bħal IAC qed tespandi l-operat tagħha f’Malta, ittejjeb din il-faċilità għal standard ta’ livell dinji, u żżid il-forza tax-xogħol minn 58 għal 90 impjieg fuq tliet snin juri fiduċja konkreta fl-ekonomija tagħna. Biddilna sitwazzjoni diffiċli f’rebħa ġdida għall-ekonomija,” stqarr il-Ministru Schembri.

Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union, qal li “Wara xhur ta’ ħidma intensiva, aħna sodisfatti ħafna li mhux biss irnexxielna nassiguraw il-ħlas tas-salarji pendenti tal-ħaddiema, iżda wkoll li attirajna kumpanija li se tiggarantilhom mhux biss dħul stabbli, iżda wkoll prospetti ta’ karriera b’saħħithom u futur sigur.” 

Martin O’Connell, Group CEO ta’ International Aerospace Coatings, enfasizza li: “Dawn l-aħħar ġimgħat kienu intensivi u rrikjedew sforz kollettiv qawwi biex naslu sa dan il-punt, iżda tassew tajjeb li wasalna hawn. L-istabbiliment tal-preżenza tagħna f’Malta huwa pass importanti fl-espansjoni globali tagħna. Il-post strateġiku ta’ Malta tippermettilna noffru ċentru aktar konvenjenti, u b’hekk inkomplu nsaħħu r-relazzjonijiet fit-tul mal-klijenti tagħna. Aħna kuntenti ħafna li nilqgħu lit-58 ħaddiem tas-sengħa eżistenti fil-familja ta’ IAC. Huma qed jingħaqdu ma’ operat li se jkun attiv matul is-sena kollha, u li jiggarantixxi impjieg stabbli għall-futur.”

International Aerospace Coatings, imwaqqfa fl-1980, hija kumpanija globali fejn jidħol żebgħa u disinn fuq l-ajruplani u s-servizzi tal-avjazzjoni, b’headoffice Ewropej f’Shannon, l-Irlanda, u kwartieri ġenerali fl-Istati Uniti f’Irvine, f’Kalifornja. B’10 faċilitajiet moderni fl-Istati Uniti u fl-Ewropa, il-grupp jipproċessa aktar minn 800 proġett ta’ żebgħa u 800 proġett ta’ servizzi tal-avjazzjoni kull sena, u jopera fl-oqsma kollha tal-industrija tal-avjazzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Numru ta’ impjiegi salvati b’investiment ġdid minn kumpanija internazzjonali tal-avjazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Numru ta’ impjiegi salvati b’investiment ġdid minn kumpanija internazzjonali tal-avjazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Numru ta’ impjiegi salvati b’investiment ġdid minn kumpanija internazzjonali tal-avjazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Numru ta’ impjiegi salvati b’investiment ġdid minn kumpanija internazzjonali tal-avjazzjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow