Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Unity Malta Game Jam jinvolvi lill-istudenti fil-ħolqien pratiku tal-video games

PR260523
Date Icon 29/03/2026

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri żar il-Malta Unity Game Jam, organizzat b’mod konġunt minn GamingMalta u Unity Technologies, u appoġġat mill-MCAST. L-avveniment qed isir matul dan it-tmiem il-ġimgħa fil-kampus tal-MCAST f’Raħal Ġdid.

Filwaqt li rringrazzja lil GamingMalta u l-MCAST, il-Ministru Silvio Schembri fakkar kif fl-2019 beda l-ewwel passi biex tibda f’pajjiżna niċċa ekonomika ġdida dik tal-video game development.

“Fl-2019 flimkien ma’ GamingMalta konna ħdimna fuq strateġija biex nattiraw lejn pajjiżna niċeċ ekonomiċi ġodda fosthom il-video game development. Imma l-idea ma kinitx biss li nattiraw kumpaniji stabbiliti jersqu lejn pajjiżna, iżda għamilna enfasi fuq l-edukazzjoni. Li nrawmu student Maltin f’din l-industrija u nibnu talent lokali.” Għalhekk, spjega l-Ministru kkolaborajna ma’ Unity, game engine ewlenija f’dan is-settur biex jibdew joffru korsijiet lill-istudenti Maltin.

400 student f’pajjiżna diġà huma mħarrġa bil-Unity u 200 student oħra qegħdin jattendu kors bħalissa. 

Il-Malta Unity Game Jam jinkoraġġixxi lill-parteċipanti jaħdmu f’timijiet biex jiżviluppaw prototipi li jistgħu jintlagħbu bħala parti mill-proċess tal-ħolqien tal-video games. Din l-inizjattiva tifforma parti mill-ekosistema li qed tespandi f’Malta fis-settur tal-iżvilupp tal-logħob diġitali u hija mmexxija minn GamingMalta permezz tal-programm Unity Centre of Excellence, f’kollaborazzjoni mal-industrija lokali tal-video games. Il-parteċipanti jibbenefikaw minn mentoring, gwida teknika u esponiment f’dan il-qasam.

Ivan Filletti, CEO ta’ GamingMalta, qal li: “Iktar minn 40 parteċipant mifruxa fuq 11-il tim, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, u li jirrappreżentaw diversi sfondi edukattivi, qed jingħataw esperjenza professjonali prattika. Il-Unity Malta Game Jam jikkumplimenta t-tagħlim akkademiku u jħejji lill-parteċipanti b’ħiliet essenzjali bħal soluzzjoni ta’ problemi, xogħol f’tim u eżekuzzjoni teknika. Dawn huma kompetenzi kruċjali għal karrieri fl-iżvilupp tal-video games u oqsma diġitali relatati.”

L-avveniment iservi wkoll bħala pont biex jgħaqqad lill-parteċipanti ma’ professjonisti fl-industrija u jappoġġja l-progress tagħhom lejn mogħdijiet ta’ żvilupp ulterjuri, inklużi inizjattivi bħal Basecamp. Kunċetti żviluppati matul il-Game Jam jistgħu jiżviluppaw f’proġetti aktar avvanzati, u jiffavorixxu l-ħolqien ta’ startups u jikkontribwixxu għat-tkabbir ta’ studios lokali.

Din l-inizjattiva hija allinjata ma’ Viżjoni Malta 2050, b’mod partikolari fir-rigward tad-diversifikazzjoni ekonomika u l-iżvilupp ta’ industriji diġitali tal-futur.

L-iżvilupp tal-video games huwa identifikat bħala parti mis-settur usa’ tal-interactive entertainment ta’ Malta. Dan jirrifletti impenn fit-tul lejn investiment fil-kapital uman, il-kreattività u l-kapaċità diġitali bħala pilastri tal-futur ekonomiku tal-pajjiż.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Unity Malta Game Jam jinvolvi lill-istudenti fil-ħolqien pratiku tal-video games
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Unity Malta Game Jam jinvolvi lill-istudenti fil-ħolqien pratiku tal-video games
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Unity Malta Game Jam jinvolvi lill-istudenti fil-ħolqien pratiku tal-video games
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Unity Malta Game Jam jinvolvi lill-istudenti fil-ħolqien pratiku tal-video games
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow