Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR 60% tal-proġett ta’ Triq Marsalforn issa huwa komplut

pr260522
Date Icon 29/03/2026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR

60% tal-proġett ta’ Triq Marsalforn issa huwa komplut

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri żar ix-xogħlijiet li għaddejjin fi Triq Marsalforn fejn ħabbar li 60% ta’ wieħed mill-akbar proġetti infrastrutturali fit-toroq Għawdxin, issa huwa lest. Triq Marsalforn hija waħda mill-itwal u l-aktar arterji importanti li jgħaqqdu r-Rabat ma’ Marsalforn b’total ta’ 3.5 kilometri. 

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li, “60% tal-proġett ta’ Triq Marsalforn huwa issa komplut. Ftaħna Triq Ġorġ Pisani, Triq Patri Ġaċintu Camenzuli li huma l-bypass il-ġdida li jgħaqqdu mill-outskirts tar-Rabat direttament lejn Marsalforn. Għaddejjin b’mod tajjeb u b’mod spedit ix-xogħlijiet fuq it-triq prinċipali li mir-Rabat twassal għal Marsalforn. Inbidlu u saru ħafna servizzi ġodda taħt l-art, għadna għaddejjin ukoll b’numru ta’ servizzi oħrajn tul l-istrech sħiħa ta’ din it-triq li fiha tul ta’ xejn anqas minn 3 kilometri. Però, bdejna wkoll niftħu partijiet minnha wara li tajna t-tarmak fuq numru ta’ lanes sabiex ovvjament inħallu l-flow għaddejja lejn Marsalforn. Ser nibqgħu naħdmu sabiex sas-sajf li ġej ikollna din it-triq li tkun kważi lesta, li tkun tista’ twassal il-flow aħjar lejn Marsalforn.” 

Il-Ministru Camilleri rringrazzja wkoll lil Din L-Art Ħelwa li qed jaħdmu id f’id mal-Ministeru sabiex numru ta’ siġar mhux biss ġew salvati imma ġew rikolati, kienu salvati numru ta’ siġar maturi u se jitħawlu wkoll ammont sostanzjali ta’ siġar fi Triq Marsalforn sabiex il-karatteristika ewlenija li t-triq ikollha żewġ naħat bis-siġar ser tinżamm u tissaħħaħ.

Triq Marsalforn qed isirulha diversi servizzi ġodda, inklużi dak tal-ilma u drenaġġ, servizz ta’ new water għall-bdiewa, mod ġdid tal-immaniġġjar tal-ilma tax-xita u sistema ġdid tad-dawl sabiex takkomoda ż-żieda fid-domanda għal Marsalforn. Dan il-proġett qed jitwettaq b’attenzjoni partikolari lejn l-ambjent u s-siti arkeoloġiċi fil-madwar, bi pjan li jħares siġar eżistenti, jintegra spazji ħodor ġodda u jnaqqas l-impatt fuq l-art naturali. Il-proġett qed jitwettaq f’kollaborazzjoni ma’ Din l-Art Ħelwa, u qed jiffoka fuq il-bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent. Matul it-triq se jitħawlu madwar 300 siġra indiġena matura, filwaqt li aktar minn 200 siġra oħra se jkunu salvati.

Fil-fatt, Daniel Cilia minn Din l-Art Ħelwa Għawdex spjega kif b’insistenza tal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ġew salvati bosta siġar minbarra l-mijiet ta’ siġar ġodda li se jitħawlu fi Triq Marsalforn. B’hekk se jkun aċċertat li t-triq ta’ Marsalforn se tkun isbaħ minn qabel, b’ħafna aktar siġar milli kellha. Huwa temm billi rringrazzja lill-Ministru Clint Camilleri tal-kollaborazzjoni li saret ma’ Din l-Art Ħelwa sabiex waslu għal dan il-ftehim.

L-ewwel fażi, il-bypass Ġorġ Pisani, b’tul ta’ nofs kilometru, infetħet għall-vetturi f’Novembru li għadda, u qed tnaqqas b’mod drastiku l-ħtieġa li l-vetturi jgħaddu miċ-ċentru tar-Rabat. Din tinkludi wkoll pont ġdid fuq il-wied ta’ Karawendi, strutturi sħaħ ta’ storm water ġodda u l-preservazzjoni ta’ barriera antika li nbidlet f’ġibjun għall-ilma tax-xita. Ix-xogħol għaddej fi tliet żoni tat-triq, fl-istess ħin, biex il-proġett jibqa’ għaddej b’ritmu mgħaġġel. Fiż-żona tal-Knisja tal-Kapuċċini, qed isir titjib totali tal-junction, inklużi bankini ġodda u żoni ħodor biex tinħoloq pjazza pubblika, aktar organizzata u aktar sigura. 

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri temm jgħid li Triq Marsalforn tinsab fi stadju avvanzat ta’ rikostruzzjoni bħala parti minn programm ta’ titjib infrastrutturali li qed jitwettaq f’Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR 60% tal-proġett ta’ Triq Marsalforn issa huwa komplut
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR 60% tal-proġett ta’ Triq Marsalforn issa huwa komplut
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR 60% tal-proġett ta’ Triq Marsalforn issa huwa komplut
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR 60% tal-proġett ta’ Triq Marsalforn issa huwa komplut
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow