Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Malta Red Cross tingħata l-European Solidarity Corps Quality Label

pr260501
Date Icon 26/03/2026

Il-Malta Red Cross ingħatat uffiċjalment il-Quality Label taħt il-programm European Solidarity Corps, waqt żjara mill-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi. Dan ir-rikonoxximent jikkonferma li l-organizzazzjoni tissodisfa standards Ewropej ta' kwalità biex tilqa', tappoġġja u tmexxi voluntiera minn madwar l-Ewropa.

Matul iż-żjara tiegħu, il-Ministru Zrinzo Azzopardi enfasizza l-importanza ta' inizjattivi li jippromwovu s-solidarjetà u l-impenn ċiviku fost iż-żgħażagħ, filwaqt li joffru opportunitajiet ta' tagħlim u esperjenzi ħajja. Huwa nnota kif il-Quality Label tippermetti lill-Malta Red Cross tkompli tespandi l-ħidma tagħha u tattira aktar voluntiera internazzjonali li jikkontribwixxu b'mod attiv fil-komunità Maltija.

Il-Ministru qal li, “Dan ir-rikonoxximent huwa xhieda tal-ħidma importanti li qed twettaq il-Malta Red Cross, organizzazzjoni li mhux biss għandha preżenza soda fil-komunità tagħna, iżda wkoll rabtiet internazzjonali b'saħħithom. Permezz tal-Quality Label, se tkompli toffri esperjenzi ta' tagħlim u tkabbir personali lil voluntiera minn madwar l-Ewropa, filwaqt li ssaħħaħ il-valuri ta' solidarjetà, inklużjoni u rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem."

Huwa żied jgħid li inizjattivi bħal dawn juru kif il-Fondi Ewropej jistgħu jintużaw biex jappoġġjaw proġetti li jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies, filwaqt li jippromwovu l-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ u l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi Ewropej.

F'dan il-kuntest, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA), Raphael Scerri, faħħar dan l-iżvilupp u qal li, “Il-Quality Label hija pass importanti biex aktar organizzazzjonijiet Maltin ikunu jistgħu jieħdu sehem b'mod attiv fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Il-Malta Red Cross hija eżempju ċar ta' kif organizzazzjonijiet lokali jistgħu jilħqu standards Ewropej ta' kwalità u jkunu parti minn netwerk usa' ta' solidarjetà Ewropea."

Il-European Solidarity Corps huwa programm tal-Unjoni Ewropea li joffri opportunitajiet lil żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' volontarjat, xogħol u proġetti li jindirizzaw sfidi soċjali u komunitarji.

Il-Malta Red Cross, għandha esperjenza twila f'oqsma bħal salvataġġ u patrols fuq il-bajjiet, kif ukoll f'attivitajiet umanitarji oħra.

Fi tmiem iż-żjara, il-Ministru rringrazzja din l-organizzazzjoni volontarja għall-impenn u l-ħidma kontinwa tagħha fis-servizz tal-komunità Maltija, filwaqt li awgura aktar suċċess fil-proġetti futuri tagħha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Malta Red Cross tingħata l-European Solidarity Corps Quality Label
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow