Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aktar impenn biex jiġi indirizzat id-distakk tal-ħiliet

pr260500
Date Icon 26/03/2026

Konferenza ta' tlett ijiem iffukat fuq kif għandu jitkompla jiġi indirizzat id-distakk fil-ħiliet f'Malta u kif titħejja l-forza tax-xogħol għall-ħtiġijiet tas-suq. CareerScape 2026, imtella' mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet, li ġabet flimkien edukaturi, dawk li jħaddmu u studenti, ġiet fi tmiemha llum b'messaġġ tal-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, li fih enfasizza li t-tħejjija tal-ħaddiema għall-futur teħtieġ sforz kollettiv.

“L-iżvilupp tal-ħiliet mhuwiex responsabbiltà ta' istituzzjoni waħda biss, imma impenn nazzjonali bejn il-Gvern, is-settur edukattiv, l-industrija u s-soċjetà ċivili bi sforz għal għan komuni," qal il-Ministru Grima.

Il-Konferenza ġabret flimkien edukaturi, dawk li jħaddmu u studenti, biex jeżaminaw kif l-edukazzjoni u t-taħriġ jistgħu jirriflettu dejjem aħjar ir-realtajiet tas-suq tax-xogħol tal-lum.

Matulha saru diversi workshops interattivi li fihom, parteċipanti minn diversi setturi bidlu ideat u wkoll identifikaw soluzzjonijiet prattiċi biex jingħalqu d-distakki fil-ħiliet. Id-diskussjonijiet iffokaw fuq kif il-ħtiġijiet tal-industrija li qed jinbidlu b'pass mgħaġġel u li għalhekk qed ibiddlu l-ħiliet meħtieġa fis-setturi kollha, kif ukoll diskussjonijiet dwar l-importanza ta' kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn l-edukazzjoni u dawk li jħaddmu.

Id-diskors tal-għeluq sar mill-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet, Dr Jeffrey Pullicino Orlando, li enfasizza l-urġenza li naddattaw għal bidla mgħaġġla, “Huwa stmat li 39% tal-ħiliet ewlenin tal-ħaddiema mistennija jinbidlu sal-2030. Dan huwa sinjal ċar li jeħtieġ inkompli nippreparaw, nerġgħu nħarrġu u ntejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħna għall-impjiegi tal-futur."

CareerScape tifforma parti mill-ħidma kontinwa tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet biex isaħħaħ ir-rabta bejn l-edukazzjoni u l-impjieg u b'appoġġ għal-iżvilupp tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Ħiliet ta' Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aktar impenn biex jiġi indirizzat id-distakk tal-ħiliet
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow