STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA Il-Gvern iressaq emendi Kostituzzjonali biex jissalvagwardja l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali
Aktar kmieni llum il-Gvern ippubblika abbozz ta’ liġi b’emendi għall-Kostituzzjoni ta’ Malta. L-emendi jittrattaw l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u jassiguraw il-legalità tal-uffiċċju.
L-emendi jġibu l-irwoli tal-Awditur Ġenerali u deputat Awditur Ġenerali in linea ma’ karigi kostituzzjonali oħra. Dan ifisser li fejn f’każ li ma tkunx tressqet riżoluzzjoni jew ir-riżoluzzjoni ma tiksibx iż-żewġ terzi tal-voti, il-persuni li jokkupaw l-uffiċċju jibqgħu fil-kariga rispettiva sakemm tinkiseb il-maġġoranza neċessarja.
Din l-emenda għandha l-għan li tassigura li l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali li għandu rwol ċentrali fl-iskrutinju tal-operat tal-Istat, iżda wkoll il-persuna li tokkupa l-irwol ta’ Awditur Ġenerali tpoġġi fuq kumitati importanti, b’mod partikolari dak li għandu x'jaqsam mal-ħatriet tal-ġudikatura, jibqgħu joperaw fl-aħjar interess tal-pajjiż.
Dan l-abbozz, li jirrifletti emenda li kienet ġiet proposta aktar kmieni s-sena l-oħra, ser jiġi diskuss fl-aġenda ta’ għada l-Erbgħa bi qbil mal-Oppożizzjoni.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN