Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment ta’ madwar €6 miljun li se jkompli jsaħħaħ l-edukazzjoni inklużiva

PR260439
Date Icon 17/03/2026

“Dan huwa proġett ieħor li se jkompli jagħmel differenza reali fil-ħajja tat-tfal u tal-familji tagħhom. B'investiment ta' madwar €6 miljun dan iċ-ċentru se jkollu hydrotherapy pool – għodda terapewtika importanti li tgħin fl-iżvilupp fiżiku, sensorju u emozzjonali tat-tfal, filwaqt li toffri wkoll ambjent sigur fejn jistgħu jitgħallmu u jgawdu l-attivitajiet". Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal dan meta żar ix-xogħol li qiegħed isir fil-Kulleġġ Santa Klara, Skola Primarja San Miguel, f'Pembroke.

F'dan iċ-Ċentru ta' Riżorsi għaddej ix-xogħol ta' bini ta' sensory-hydrotherapy pool u jacuzzi ġodda, li qed jitwettqu mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Dan il-proġett se jkompli jsaħħaħ il-faċilitajiet edukattivi u terapewtiċi għal tfal li jattendu dan iċ-ċentru u li għandhom ħtiġijiet edukattivi individwali. Din il-faċilità hija parti minn bini ġdid ta' madwar 557 metru kwadru, u ddisinjat biex ikun aċċessibbli kemm mill-iskola eżistenti kif ukoll minn daħla separata għal użu indipendenti wara l-ħin tal-iskola.

Iċ-Ċentru San Miguel diġà jipprovdi edukazzjoni full-time lil aktar minn 20 student bejn it-3 u l-11-il sena, u joffri wkoll servizzi lil madwar 60 student minn skejjel tal-istat, tal-knisja u indipendenti. Il-faċilità l-ġdida se takkomoda sa' 16-il persuna fl-istess ħin u tinkludi wkoll faċilitajiet sanitarji, showers mgħammra, kamra għall-ewwel għajnuna u kmamar multipurpose li jistgħu jintużaw għal diversi attivitajiet edukattivi u terapewtiċi.

Dan il-proġett jallinja mal-Viżjoni Malta 2050, speċifikament l-miżura makro 66, fejn il-Gvern qed jinvesti f'infrastruttura edukattiva li tkun aċċessibbli u inklusiva għal kulħadd.

“Dan l-investiment juri b'mod ċar l-impenn tal-Gvern biex ikompli jsaħħaħ edukazzjoni inklużiva u servizzi ta' kwalità għal kull tifel u tifla. Il-politika tagħna qed twassal biex l-ebda student ma jibqa' lura minkejja d-diversità individwali. Huwa wkoll proġett li jallinja mal-Viżjoni Malta 2050, li tiżgura b'mod ċar li l-politiki nazzjonali kollha jkunu allinjati mar-realtajiet tal-lum u l-isfidi ta' għada, filwaqt li tippromwovi kwalità tal-ħajja mtejba," saħaq il-Ministru Clifton Grima.

Huwa rringrazzja lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, lill-edukaturi, lill-professjonisti u lil kull min qed jagħti s-sehem tiegħu biex dan il-proġett jitwettaq u tal-impenn ta' dawn l-edukaturi fil-perkors edukattiv ta' dawn l-istudenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment ta’ madwar €6 miljun li se jkompli jsaħħaħ l-edukazzjoni inklużiva
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment ta’ madwar €6 miljun li se jkompli jsaħħaħ l-edukazzjoni inklużiva
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow