Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitlestew Triq John Otto Bayer u Triq Ġnien Xibla fix-Xagħra — disa’ toroq lesti mill-100 Triq Residenzjali Ġdida mwiegħda fil-Budget 2026 għat-tliet snin li ġejjin

PR260425
Date Icon 15/03/2026

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li tlestew aktar xogħlijiet infrastrutturali fix-Xagħra, bħala parti mill-ħidma kontinwa sabiex jissaħħu s-servizzi u tittejjeb il-kwalità tat-toroq madwar Għawdex. Fil-fatt, issa hemm lesti total ta’ disa’ toroq mill-wiegħda tal-100 Triq Residenzjali Ġdida għat-tliet snin li ġejjin.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li saru “1,700 metru kwadru ta’ tarmak f’parti mit-Triq John Otto Bayer kif ukoll parti minn Triq il-Mitħna hawnhekk fiż-żona ta’ fejn il-Mitħna ta’ Kola fix-Xagħra kif ukoll il-Ġgantija, fejn inbidlu s-servizzi, il-main tal-cable tad-dawl u ngħata wkoll wiċċ ġdid. Barra minn hekk, ftit tal-jiem ilu ħlisna wkoll żewġ toroq oħra. Triq Ġnien Xibla kif ukoll Triq il-Komittiva fejn hemmhekk ukoll inbidlu s-servizzi, għadda l-cable tad-dawl u sar ukoll wiċċ ġdid b’total ta’ 1,000 metru kwadru ta’ tarmak. Dan qegħdin nagħmluh flimkien mal-Enemlata u flimkien mal-Water Services sabiex is-servizzi f’din il-gżira jibqgħu jissaħħu.”

Min-naħa tiegħu s-Sindku tax-Xagħra Victor Curmi rringrazzja lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri u lill-korporazzjoni Enemalta sabiex seta’ jsir dan ix-xogħol.

Dawn l-interventi qed isiru permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, Enemalta u Water Services Corporation, sabiex ikomplu jitjiebu s-servizzi infrastrutturali f’Għawdex u biex l-investiment li qed isir illum jibqa’ jservi għall-futur.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitlestew Triq John Otto Bayer u Triq Ġnien Xibla fix-Xagħra — disa’ toroq lesti mill-100 Triq Residenzjali Ġdida mwiegħda fil-Budget 2026 għat-tliet snin li ġejjin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitlestew Triq John Otto Bayer u Triq Ġnien Xibla fix-Xagħra — disa’ toroq lesti mill-100 Triq Residenzjali Ġdida mwiegħda fil-Budget 2026 għat-tliet snin li ġejjin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow