Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg itenni s-solidarjetà ta’ Malta mal-komunitajiet fil-Golf attakkati mill-Iran

PR260423
Date Icon 14/03/2026

• Malta tirringrazzja lill-imsieħba fil-Golf għall-appoġġ tagħhom liċ-ċittadini Maltin fir-reġjun

Hekk kif l-Iran qed ikompli bl-attakki tiegħu fuq il-pajjiżi ġirien tiegħu, id-Deputat Prim Ministru Ian Borg tenna s-solidarjetà ta’ Malta mal-imsieħba tagħha fil-Golf u l-Lvant Nofsani, filwaqt li appella għad-dieskalazzjoni u d-diplomazija sabiex terġa’ lura l-istabbiltà u s-sigurtà.

Il-Ġimgħa filgħaxija, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Malti stieden ambaxxaturi u diplomatiċi għolja mill-Golf, mil-Lvant Nofsani u mill-Afrika ta’ Fuq li bħalissa jinsabu Malta, għall-ikla tal-Iftar, fl-Imdina, flimkien mal-Mibgħut ta’ Malta għall-Golf, Zachary Borg, u mas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru, Christopher Cutajar.

Din il-laqgħa kienet opportunità ta’ tisħiħ tad-djalogu u l-kooperazzjoni mal-imsieħba ta’ Malta f’dawn ir-reġjuni, fi żminijiet meta l-għaqda u d-diplomazija huma aktar importanti minn qatt qabel.

Id-Deputat Prim Ministru esprima t-tħassib ta’ Malta dwar l-eskalazzjoni ta’ dan l-aħħar xahar. Huwa kkundanna l-attakki indiskriminati tal-Iran fuq pajjiżi tal-Golf li qatt ma kienu involuti fil-kunflitt, filwaqt li sostna s-solidarjetà ta’ Malta ma’ dawn il-komunitajiet. “Nixtiequ nroddu ħajr lill-imsieħba tagħna fil-Golf għall-għajnuna immedjata tagħkom lir-residenti u lill-vjaġġaturi Maltin fir-reġjun. Flimkien mat-tim tas-servizzi konsulari tagħna u mar-rappreżentanzi tagħna fil-pajjiżi tagħkom, intom għentu mijiet ta’ Maltin f’dawn iż-żminijiet diffiċli,” hu qal.

Dr Borg żied jgħid li Malta hija impenjata li ssaħħaħ il-ħidma diplomatika tagħha fil-Golf u fil-Lvant Nofsani, filwaqt li tħeġġeġ kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn dawn il-pajjiżi u l-Unjoni Ewropea, lejn sforzi konkreti għad-dieskalazzjoni u d-diplomazija. “Inkomplu nistinkaw għal paċi mibnija fuq id-dritt internazzjonali u r-rispett lejn is-sovranità,” temm jgħid.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg itenni s-solidarjetà ta’ Malta mal-komunitajiet fil-Golf attakkati mill-Iran
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg itenni s-solidarjetà ta’ Malta mal-komunitajiet fil-Golf attakkati mill-Iran
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow